Informazzjoni nazzjonali u formoli online rigward id-Direttiva 2003/8/KE.
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/8/KE tas-27 ta' Jannar 2003 biex jittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja f'tilwimiet transnazzjonali billi jiġu stabbiliti regoli komuni minimi dwar l-għajnuna legali għal dawn it-tilwimiet għandha l-għan li tippromwovi l-għoti ta' għajnuna legali f'tilwimiet transkonfinali għal persuni li ma jkollhomx biżżejjed riżorsi f'każijiet fejn l-għajnuna tkun meħtieġa biex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja.
Id-Direttiva tapplika bejn l-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka. Bejn id-Danimarka u ċerti Stati Membri japplika l-Ftehim Ewropew dwar kif Jintbagħtu r-Rikorsi għall-Għajnuna Legali ta' l-1977.
L-awtoritajiet li jibagħtu huma kompetenti biex jibagħtu l-applikazzjonijiet. L-awtoritajiet li jirċievu huma kompetenti biex jirċievu r-rikorsi.
Id-direttiva tipprovdi għal żewġ formoli standard, waħda għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna legali u l-oħra biex jintbagħtu r-rikorsi għall-għajnuna legali.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur il-paġna l-oħra tagħna dwar l-Għajnuna Legali.
Tista’ timla dawn il-formoli onlajn billi tikklikkja fuq waħda minn dawn il-links hawn taħt. Jekk diġà bdejt formola u ssejvjajt abbozz, tista’ ttellagħha billi tuża’ l-buttuna “Illowdja l-abbozz”.
Mill-1 ta’ Jannar 2021, ir-Renju Unit ma għadux Stat Membru tal-UE. Madankollu, fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċeduri mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Sa tmiem l-2022, ir-Renju Unit jista’ jkompli jintgħażel fil-formoli (dinamiċi) online għall-iskop ta’ dawk il-proċedimenti u proċeduri. Eċċezzjoni għal din ir-regola huma l-formoli tad-dokumenti Pubbliċi, li fi fihom ir-Renju Unit m’għandux jintgħażel.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
L-aħħar aġġornament : 17/11/2021