Ir-Regolament tal-Kunsill 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-obbligi ta’ manteniment għandu l-għan li jiżgura l-irkupru effettiv u rapidu ta’ manteniment
Ir-Regolament jipprovdi għal disa’ formoli standard li għandhom jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn l-Awtoritajiet Ċentrali u għandhom jagħmluha possibbli li r-rikorsi jiġu ppreżentati b’mod elettroniku.
Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea.
Id-Danimarka kkonfermat l-intenzjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament, sal-limitu li r-Regolament jemenda r-Regolament (KE) Nru° 44/2001, permezz ta’ dikjarazzjoni bbażata fuq ftehim parallel konkluż mal-Komunità Ewropea.
Id-Danimarka mhix marbuta bil-Protokoll tal-Aja tal-2007.
Minbarra d-disa' formoli standard, ġiet żviluppata formola standard mhux obbligatorja addizzjonali dwar id-dikjarazzjoni ta' arretrati tal-manteniment min-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fl-oqsma ċivili u kummerċjali. L-għan ta' din il-formola addizzjonali hija li tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni prattika tar-Regolament tal-Manteniment, u l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet taċ-ċittadini madwar l-UE.
Disa' formoli standard
Tista’ timla dawn il-formoli onlajn billi tikklikkja fuq waħda minn dawn il-links hawn taħt. Jekk diġà bdejt formola u ssejvjajt abbozz, tista’ ttellagħha billi tuża’ l-buttuna “Illowdja l-abbozz”.
Mill-1 ta’ Jannar 2021, ir-Renju Unit ma għadux Stat Membru tal-UE. Madankollu, fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċeduri mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Sa tmiem l-2022, ir-Renju Unit jista’ jkompli jintgħażel fil-formoli (dinamiċi) online għall-iskop ta’ dawk il-proċedimenti u proċeduri. Eċċezzjoni għal din ir-regola huma l-formoli tad-dokumenti Pubbliċi, li fi fihom ir-Renju Unit m’għandux jintgħażel.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
L-aħħar aġġornament : 17/11/2021