Ir-regoli tal-UE kif jgħinu biex jipprevjenu s-sekwestru tat-tfal?
Il-qorti fil-pajjiż fejn it-tfal kellhom ir-residenza abitwali tagħhom qabel is-sekwestru tibqa' responsabbli sakemm il-każ tas-sekwestru jiġi solvut. Dan isir biex jiġi evitat li l-ġenituri jissekwestraw it-tfal tagħhom bit-tama li tinqatagħlhom sentenza aktar favorevoli quddiem il-qorti fil-pajjiż tagħhom stess.
Kif jista' ġenitur iġib lura t-tfal sekwestrati?
L-Awtoritajiet Ċentrali jeżistu fil-pajjiżi kollha tal-UE (ħlief fid-Danimarka) biex jgħinu lill-ġenituri li huma vittmi ta’ sekwestru transfruntier tat-tfal. Huwa possibbli li tinbeda proċedura ta’ ritorn tat-tfal. F’dan il-każ, il-qorti trid tiddeċiedi dwar il-każ fi żmien sitt ġimgħat. Il-qorti għandha tagħti l-opportunità lit-tfal li jinstemgħu matul il-proċedimenti, sakemm dan ma jkunx xieraq minħabba l-età u l-livell ta' maturità tagħhom.
Tista’ qorti fil-pajjiż fejn jiġu sekwestrati t-tfal tirrifjuta li tirritorna t-tfal?
Il-qorti fil-pajjiż fejn jiġu sekwestrati t-tfal tista’ biss toġġezzjona għar-ritorn tat-tfal jekk ikun hemm riskju serju li r-ritorn jesponi lit-tfal għal ħsara fiżika jew psikoloġika (l-Artikolu 13(b) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980). Madankollu, ir-ritorn ma jistax jinżamm jekk isiru arranġamenti adegwati biex it-tfal jiġu protetti. Jekk qorti ssib li t-tfal ma għandhomx jittieħdu lura, hija trid tikkuntattja lill-qorti fil-pajjiż li minnu ġew sekwestrati t-tfal.
Il-qorti fil-pajjiż li minnu ġew sekwestrati t-tfal imbagħad tiddeċiedi fuq l-eżitu finali filwaqt li tqis l-evidenza u r-raġunament tal-qorti l-oħra. L-imħallef irid jisma’ wkoll lit-tfal u liż-żewġ partijiet.
Id-deċiżjoni tal-qorti tkun infurzabbli awtomatikament?
Is-sentenza finali mill-qorti fil-pajjiż ta’ oriġini hija awtomatikament rikonoxxuta u infurzabbli fil-pajjiż l-ieħor tal-UE mingħajr ma tkun meħtieġa dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà (“abolizzjoni tal-exequatur”), sakemm l-imħallef ikun ħarġet ċertifikat.
Links relatati:
- Sib l-Awtorità Ċentrali fil-pajjiż tal-UE tiegħek
- Gwida tal-aħjar prattiki
(243 Kb)
— fiha informazzjoni dwar proċeduri nazzjonali, amministrattivi u ġudizzjarji dwar il-proċedura ta' ritorn tat-tfal.
- Aqra l-fuljett
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.