Introduzzjoni
Din il-lista ta’ verifika tista’ tgħinek tistabbilixxi jekk każ speċifiku huwiex kopert mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.
Il-Karta tapplika biss għal atti minn:
- korpi tal-UE, jew
- korpi nazzjonali ta’ pajjiżi tal-UE, meta jimplimentaw il-liġi tal-UE.
Il-lista ta’ kontroll tista’ tgħinek tiddetermina jekk l-atti mill-korpi nazzjonali humiex qegħdin jimplimentaw il-liġi tal-UE.
Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà
Din il-lista ta’ kontroll hija biss għall-finijiet ta’ gwida; din ma toffrix parir legali lill-individwi u aħna ma naċċettaw l-ebda responsabbiltà f’dan ir-rigward.
Jekk int individwu li qed tfittex pariri dwar il-bidu ta’ proċedimenti legali, għandek tfittex pariri legali professjonali fuq is-sitwazzjoni speċifika tiegħek.
Il-gwida tittratta biss il-kwistjoni dwar jekk il-Karta tistax fit-teorija tiġi applikata għal każ individwali. Jekk ir-risposta għal din id-domanda tkun fil-pożittiv, dan ma jimplikax awtomatikament li kien hemm ksur tal-Karta.
Lista ta’ kontroll
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.