test tad-direttiva
Sib informazzjoni għal kull reġjun
- Unjoni Ewropeaeu
- Belġjube
- Bulgarijabg
- Repubblika Ċekacz
- Danimarkadk
- Ġermanjade
- Estonjaee
- Irlandaie
- Greċjael
- Spanjaes
- Franzafr
- il-Kroazjahr
- Italjait
- Ċiprucy
- Latvjalv
- Litwanjalt
- Lussemburgulu
- Ungerijahu
- Maltamt
- Olandanl
- Awstrijaat
- Polonjapl
- Portugallpt
- Rumanijaro
- Slovenjasi
- Slovakkjask
- Finlandjafi
- Svezjase
- Jillian Shepardts
In-negozjanti li jbiegħu prodotti għall-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea (UE) huma obbligati li jirrimedjaw id-difetti li kienu jeżistu fiż-żmien tal-kunsinna u li jsiru evidenti fi żmien sentejn. Ir-regoli tal-UE jiggarantixxu lill-konsumaturi livell minimu ta’ protezzjoni, speċjalment jekk il-prodotti ma jilħqux l-istandards imwiegħda.
ATT
Id-Direttiva 99/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom.
SOMMARJU
In-negozjanti li jbiegħu prodotti għall-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea (UE) huma obbligati li jirrimedjaw id-difetti li kienu jeżistu fiż-żmien tal-kunsinna u li jsiru evidenti fi żmien sentejn. Ir-regoli tal-UE jiggarantixxu lill-konsumaturi livell minimu ta’ protezzjoni, speċjalment jekk il-prodotti ma jilħqux l-istandards imwiegħda.
X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?
Hija tarmonizza dawk il-partijiet tal-liġi dwar il-kuntratti konklużi mill-konsumaturi fuq il-bejgħ ta’ prodotti li jkopru l-garanziji legali* u, sa ċertu punt inqas, il-garanziji kummerċjali* (garanziji).
PUNTI EWLENIN
- Il-bejjiegħa għandhom joffru lill-klijenti prodotti li jikkonformaw mal-kuntratt tal-bejgħ.
- Sabiex ikunu konformi, il-prodotti għandhom:
- jikkonformaw mad-deskrizzjoni tal-bejgħ,
- ikunu adatti għall-iskop li għalih ikun intiż il-prodott,
- u juru l-kwalità u l-prestazzjoni li jistgħu jkunu mistennija b’mod raġonevoli.
- Il-bejjiegħa huma responsabbli għal kwalunkwe installazzjoni skorretta jekk dik tkun tifforma parti mill-kuntratt. Dan japplika irrispettivament minn jekk ix-xogħol ikunx taħt ir-responsabbiltà tal-bejjiegħ jew inkella minħabba struzzjonijiet difettużi għall-konsumatur.
- Il-konsumaturi għandhom id-dritt li jitolbu li l-prodotti difettużi jiġu msewwija jew mibdula mingħajr ħlas fi żmien raġonevoli u bl-inqas inkonvenjenza possibbli. Minflok huma jistgħu jitolbu għal tnaqqis xieraq fil-prezz jekk it-tiswija jew is-sostituzzjoni tal-prodott ma ssirx fil-ħin jew mingħajr inkonvenjenza sinjifikanti għall-konsumatur.
- Il-bejjiegħa, li huma responsabbli lejn il-konsumaturi għall-prodotti li jbiegħu, jistgħu jieħdu azzjoni kontra l-produtturi jekk jinstab li d-difett ġej min-naħa tagħhom.
- Il-bejjiegħa huma responsabbli għal kwalunkwe difetti fil-prodotti li jidhru fi żmien sentejn mill-bejgħ tagħhom. Madankollu, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jinsistu li l-konsumaturi juru dawn id-difetti lill-bejjiegħ fi żmien xahrejn minn meta jiskopruhom.
- Il-garanziji kummerċjali għandhom jgħidu x’inhuma d-drittijiet tal-garanziji legali tax-xerrej u jitfasslu b’lingwa sempliċi u li tinftiehem. Il-konsumaturi jistgħu jinsistu li ssir garanzija bil-miktub.
- Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw prodotti użati rkantati mil-leġiżlazzjoni.
- Id-direttiva ma tapplikax għall-ilma, għall-gass, għall-elettriku jew għal prodotti mibjugħa b’ordni ta’ eżekuzzjoni jew minn awtorità legali.
TERMINI EWLENIN
* Garanzija legali: il-protezzjoni legali li għandu konsumatur jekk jinstab li prodott huwa difettuż. Din ma tiddependix fuq il-kundizzjonijiet stipulati fil-kuntratt.
* Garanzija kummerċjali: ir-rieda tal-garanti (ta’ spiss il-produttur) li jassumi r-responsabbiltà personali għal ċerti difetti f’perjodu ta’ żmien partikolari.
Għal aktar informazzjoni, ara Il-bejgħ u l-garanziji fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea.
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Id-Direttiva 99/44/KE |
7.7.1999 |
1.1.2002 |
Att(i) li jemenda(w) |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Id-Direttiva 2011/83/UE |
12.12.2011 |
13.12.2013 |
ATTI RELATATI
Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi) (ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1-11)
Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64-88)
Id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta' Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29-33)
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.