Kif jaħdem
Il-MAE hu talba minn awtorità ġudizzjarja f'pajjiż tal-UE għall-arrest ta' persuna f'pajjiż ieħor u biex tiġi ċeduta għall-prosekuzzjoni, jew għall-eżekuzzjoni ta' priġunerija jew ordni ta' detenzjoni fl-ewwel pajjiż. Il-mekkaniżmu huwa bbażat fuq il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji. Huwa jopera fil-pajjiżi kollha tal-UE
Huwa jopera permezz ta' kuntatti diretti bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji.
Fl-applikazzjoni tal-mandat, l-awtoritajiet iridu jirrispettaw id-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati jew akkużati – bħad-dritt għall-informazzjoni, id-dritt għal avukat, u possibbilment għal interpretu, u għall-għajnuna legali kif stipulat mil-liġi fil-pajjiż fejn ikunu ġew arrestati.
Kif inhu differenti mill-estradizzjoni tradizzjonali?
- Termini stretti
Il-pajjiż fejn il-persuna tiġi arrestata jrid jieħu deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew fi żmien 60 jum mill-arrest tal-persuna.
Jekk il-persuna tagħti l-kunsens tagħha għaċ-ċessjoni, id-deċiżjoni taċ-ċessjoni trid tittieħed fi żmien 10 ijiem.
Il-persuna rikjesta trid tiġi ċeduta mill-aktar fis f’data miftiehma bejn l-awtoritajiet ikkonċernati, u mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem mid-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew. - Verifika ta’ kriminalità doppja – mhux aktar meħtieġa għal
32 kategorija ta' reati, ma hemm l-ebda verifika dwar jekk l-att huwiex reat kriminali fiż-żewġ pajjiżi. L-uniku rekwiżit hu li jkun iġorr piena ta' perjodu massimu ta’ mill-inqas tliet (3) snin priġunerija fil-pajjiż li joħroġ il-mandat.
Għal reati oħra, iċ-ċediment jista’ jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-att jikkostitwixxi reat fil-pajjiż eżekutur. - Ebda involviment politiku
Id-deċiżjonijiet jittieħdu mill-awtoritajiet ġudizzjarji waħedhom, mingħajr ebda konsiderazzjoni politika involuta. - Ċessjoni ta' ċittadini
Il-pajjiżi tal-UE ma għadhomx jistgħu jirrifjutaw li jċedu liċ-ċittadini tagħhom, sakemm ma jeżegwux is-sentenza ta' priġunerija huma stess kontra l-persuna riċerkata. - Garanziji
Il-pajjiż li jeżegwixxi l-MAE jista' jirrikjedi garanziji li:
a. wara ċertu perjodu l-persuna jkollha d-dritt li titlob reviżjoni, jekk il-piena imposta tkun ta' għomor priġunerija.
b. il-persuna riċerkata tista' sservi kwalunkwe żmien ta' priġunerija li jirriżulta fil-pajjiż eżekutorju, jekk tkun ċittadina jew residenti abitwali f'dak il-pajjiż.
Pajjiż jista' jiċħda ċ-ċessjoni tal-persuna mitluba biss jekk tapplika waħda mir-raġunijiet għal ċaħda obbligatorja jew fakultattiva:
Raġunijiet obbligatorji
- il-persuna kienet diġà ġġudikata fuq l-istess reat (ne bis in idem)
- minuri (il-persuna ma tkunx għadha laħqet l-età ta' responsabilità penali fil-pajjiż eżekutorju)
- amnestija (il-pajjiż eżekutorju seta' jipproċedi kontriha, u r-reat huwa kopert minn amnestija f'dak il-pajjiż).
- nuqqas ta’ kriminalità doppja għal reati oħra barra mit-32 reat elenkat fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas dwar il-MAE
- ġuriżdizzjoni territorjali
- proċedura kriminali pendenti fil-pajjiż eżekutorju
- preskrizzjonijiet, eċċ.
Manwal dwar Kif Jinħareġ u Jiġi Eżegwit MAE
Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Manwal dwar Kif Jinħareġ u Jiġi Eżegwit Mandat ta' Arrest Ewropew (2002 Kb)
, biex tiġi ffaċilitata u ssimplifikata l-ħidma ta’ kuljum tal-awtoritajiet ġudizzjarji kkonċernati. Il-Manwal jipprovdi gwida dettaljata dwar il-passi proċedurali għall-ħruġ u l-eżekuzzjoni ta’ MAE. Il-Manwal jipprovdi wkoll spjegazzjoni sħiħa tal-każistika l-aktar importanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tinterpreta dispożizzjonijiet partikolari tad-Deċiżjoni Qafas dwar il-MAE.
Il-manwal bil-lingwi kollha jista’ jinstab hawn: BG (2700 Kb)
, CS
(1854 Kb)
, DA
(1766 Kb)
, DE
(1659 Kb)
, ET
(1783 Kb)
, EL
(2439 Kb)
, ES
(1649 Kb)
, FR
(1892 Kb)
, HR
(1789 Kb)
, IT
(2141 Kb)
, LV
(2158 Kb)
, LT
(1865 Kb)
, HU
(1908 Kb)
, MT
(2560 Kb)
, NL
(2047 Kb)
, PL
(2200 Kb)
, PT
(1968 Kb)
, RO
(1926 Kb)
, SL
(1797 Kb)
, SK
(1977 Kb)
, FI
(2172 Kb)
, SV
(1591 Kb)
.
Statistika dwar l-użu ta' MAE
Fl-2019, bħala medja, il-persuni mfittxija ġew ċeduti:
- b’kunsens - fi 16,7-il jum
- mingħajr kunsens - f’55,75 jum.
Fl-2018, bħala medja, il-persuni mfittxija ġew ċeduti:
- b’kunsens - fi 16,4-il jum
- mingħajr kunsens - f’45 jum.
Risposti għall-kwestjonarju dwar il-MAE: 2014 | 2015 | 2016 | 2017 | 2018 | 2019
Id-data mhix disponibbli għall-pajjiżi kollha; madankollu, id-data tal-MAE li nħarġu hija kompluta għall-2015, 2016 u 2017.
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
|
Maħruġin |
14 948 |
16 144 |
16 636 |
17 491 |
17 471 |
20 226 |
MAE eżegwiti |
5 535 |
5 304 |
5 812 |
6 317 |
6 976 | 5 665 |
Proġetti ffinanzjati taħt il-Programm Ġustizzja
Il-proġett ta’ riċerka InAbsentiEAW huwa studju legali komparattiv fil-Mandati ta’ Arrest Ewropej relatati ma’ persuni li ma kinux preżenti fil-proċedimenti li wassal għall-kundanna tagħhom (proċedimenti in absentia). Il-prattika turi li ta’ spiss ikun hemm problemi fil-ħruġ u fl-eżekuzzjoni ta’ tali MAE. L-għan tal-proġett ta’ riċerka kien li jiġu analizzati l-kawżi għal dawn il-problemi u li jiġu fformulati standards komuni għall-ħruġ ta’ tali MAE sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni tajba u ġusta tagħhom. Ir-riċerka twettqet permezz ta’ studji ta’ każijiet mill-Belġju, l-Ungerija, l-Irlanda, in-Netherlands, il-Polonja u r-Rumanija.
Ħoloq relatati
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.