- eJP Normal WF MD081220
- Suċċessjonijiet
- Miżuri interim u kawtelatorji
-
Ġurisprudenza tal-UE
Filwaqt li l-liġi tal-Unjoni Ewropea (UE) għandha tiġi applikata minn kwalunkwe qorti tal-Istati Membri (irrispettivament minn jekk tkunx qorti nazzjonali, reġjonali jew lokali), il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tiżgura li l-interpetazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE jkunu osservati u interpretati bl-istess mod fl-Istati Membri kollha. B’hekk, il-ġurisprudenza tal-UE tiġi żviluppata prinċipalment mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
-
Identifikatur ewropew tal-ġurisprudenza (ECLI)
L-Identifikatur Ewropew tal-Ġurisprudenza (ECLI) ġie żviluppat biex jiffaċilita l-kwotazzjoni korretta u inekwivoka ta’ sentenzi tal-qrati nazzjonali u dawk Ewropej. Sett ta’ metadejta uniformi se jgħin biex jitjiebu l-faċilitajiet ta’ riċerka dwar il-ġurisprudenza.
- Magna tat-tiftix ECLI
-
Ġurisprudenza tal-Istat Membru
Il-qrati tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) japplikaw u jinterpretaw il-liġi tal-Istati Membri rilevanti kif ukoll id-dritt tal-UE. Għalhekk, huwa fl-interess taċ-ċittadini u tal-professjonisti legali li jkollhom aċċess mhux biss għall-ġurisprudenza tal-Istat Membru tagħhom, iżda anki għal dik tal-Istati Membri tal-UE l-oħra.
-
Gurisprudenza Internazzjonali
Il-komunità internazzjonali stabbiliet numru ta’ qrati biex isolvu t-tilwim rigward id-dritt internazzjonali. In-natura legali tagħhom tvarja u l-ambitu tal-ġurisdizzjoni u l-effett vinkolanti tal-ġurisprudenza tagħhom jiddependu prinċipalment mill-att kostituttiv rilevanti.