Reġistri tal-insolvenza

Insolvenza tfisser l-inabbiltà li jitħallsu d-djun ta' persuna meta dawn isiru dovuti. Ġeneralment użata f'termini ta' negozju, l-insolvenza tirreferi għall-inabbiltà ta' kumpannija 'ta' responsabbiltà mhux limitata' li tħallas id-djun tagħha.

Ir-reġistri tal-insolvenza huma sors importanti ħafna ta’ informazzjoni ta’ natura legali għall-iffaċilitar tal-kompiti ta’ kuljum taċ-ċittadini, il-professjonisti legali, l-awtoritajiet statali, il-kumpaniji u partijiet oħra interessati. Huma jiffaċilitaw l-aċċess għal informazzjoni uffiċjali u ta’ min jogħqod fuqha lil banek, kredituri, sieħba fin-negozju u konsumaturi relatata mal-insolvenza. Din l-informazzjoni ttejjeb it-trasparenza u ċ-ċertezza legali fis-swieq tal-Unjoni Ewropea.

Fl-Ewropa, ir-reġistri tal-insolvenza joffru firxa ta’ servizzi; il-firxa u t-tip ta’ dejta tvarja bejn l-Istati Membri differenti. Pereżempju, Stati Membri li għandhom reġistri tal-insolvenza separati jippubblikaw l-informazzjoni fl-istadji kollha tal-proċedimenti ta’ insolvenza u fuq il-partijiet għal proċedimenti bħal dawn. Fejn l-Istati Membri jagħmlu d-dejta dwar l-insolvenza disponibbli permezz ta’ reġistri oħra, is-sitwazzjoni hija aktar diversa. Xi pajjiżi jippubblikaw biss l-isem u l-istatus ta’ kumpanija; oħrajn jinkludu informazzjoni dwar kull stadju tal-proċedimenti.

Madankollu, is-servizzi ċentrali pprovduti mir-reġistri kollha huma li jirreġistraw, jeżaminaw u jaħżnu informazzjoni dwar insolvenza u jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Biex tikseb informazzjoni dettaljata jekk jogħġbok agħżel waħda mill-bnadar elenkati fuq in-naħa tal-lemin.

F'Lulju 2014, il-Portal Ewropew Ġustizzja-e għamel disponibbli r-reġistri tal-insolvenza interkonnessi tal-ewwel grupp ta’ Stati Membri. Filwaqt li l-Istati Membri parteċipanti iżommu r-reġistri tal-insolvenza nazzjonali tagħhom skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, il-Portal Ewropew Ġustizzja-e, jagħmilha possibbli għal utent li jwettaq tfittxija fir-reġistri interkonnessi kollha, bl-użu ta’ interface ta’ tfittxija multilingwali.

L-aħħar aġġornament: 09/12/2014

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna