It-taħriġ ġudizzjarju Ewropew

Il-kooperazzjoni transfruntiera (kemm fil-każijiet ċivili kif ukoll kriminali) uriet li l-atti u l-mekkaniżmi legali Ewropej jistgħu jiġu implimentati b'mod aktar effettiv għall-benefiċċju taċ-ċittadini u n-negozji jekk ikun hemm aktar: fehim u fiduċja reċiproka bejn il-ġuristi fil-pajjiżi differenti tal-UE; għarfien tal-istrumenti ta' leġiżlazzjoni u kooperazzjoni tal-UE; u fehim konsistenti tal-liġi tal-UE (li tiżgura l-applikazzjoni korretta fil-każijiet nazzjonali). It-taħriġ ġudizzjarju Ewropew jinvolvi t-taħriġ tal-ġuristi fil-leġiżlazzjoni sostantiva u proċedurali tal-UE u t-titjib tal-għarfien tagħhom u l-għarfien tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali fi Stati Membri oħra. Tingħata prijorità lill-imħallfin u l-prosekuturi responsabbli għall-infurzar tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, iżda t-taħriġ ġudizzjarju Ewropew huwa wkoll essenzjali għal ġuristi oħrajn, bħal persunal tal-qorti, avukati, solicitors (avukati li ma jipprattikawx il-qorti), bailiffs, nutara u medjaturi. Il-ġuristi kollha jridu jsiru kompetenti fir-rwol tagħhom fl-implimentazzjoni tal-qafas leġiżlattiv Ewropew. Il-fiduċja u l-fehim reċiproċi huma wkoll essenzjali għall-iżgurar ta' ambjent legali sikur li jiddefendi d-drittijiet tal-individwi u l-kumpaniji b'mod ċar u konsistenti.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna