Formoli għat-talbiet żgħar



Ir-Regolament tal-Kunsill 861/2007 tat-11 ta’ Lulju li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għandu l-għan li jtejjeb u jissimplifika l-proċeduri fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali fejn il-valur tat-talba ma jaqbiżx l-2000 €.

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Proċedura għal Talbiet Żgħar taħdem b'formoli standard. Hija proċedura bil-miktub sakemm il-qorti ma tiddeċidix li hemm il-bżonn ta' smiegħ orali.

Ir-Regolament jistabilixxi wkoll il-limiti ta' żmien għall-partijiet u għall-qorti sabiex titħaffef il-litigazzjoni.

Ir-Regolament jipprovdi erba' formoli standard.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok mur fil-paġna tar-Rikjesti Żgħar.

Dokumenti relatati

Gwida ta’ Prattika għall-Applikazzjoni tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar PDF (1220 Kb) mt

Tista’ timla dawn il-formoli onlajn billi tikklikkja fuq waħda minn dawn il-links hawn taħt. Jekk diġà bdejt formola u ssejvjajt abbozz, tista’ ttellagħha  billi tuża’ l-buttuna “Illowdja l-abbozz”.
Mill-1 ta’ Frar 2020, ir-Renju Unit ma għadux Stat Membru tal-UE. Madankollu, skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-dritt tal-UE għandu japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Ir-Renju Unit jista’ jintgħażel fil-formoli sa’ tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-31 ta’ Diċembru 2020.

  Il-Portal Ewropew Ġustizzja-e issa joffrilek il-possibbiltà li tibgħat formoli lil qrati f’ċerti Stati Membri permezz ta’ mezz elettroniku sigur. Il-formoli li jistgħu jintbagħtu b'dan il-mod huma mmarkati bl-ikona e-signature icon.
Biex tkun taf aktar dwar kif tista’ tissottometti t-talba tiegħek b’mod elettroniku, jekk jogħġbok ikklikkja hawnhekk.

  • Formola A - Formola tat-talba eSignature icon
    • mt_in il-Malti
  • Formola B - Talba mill-qorti jew mit-tribunal għall-mili u/jew rettifika tal-formola tat-talba
    • mt_in il-Malti
  • Formola Ċ - Formola ta’ risposta
    • mt_in il-Malti
  • Formola D - Ċertifikat dwar sentenza fil-proċedura ewropea għal talbiet żgħar jew dwar soluzzjoni bil-qorti
    • mt_in il-Malti

Jekk diġà għandek xi formola ssejvjata, jekk jogħġbok ara li tuża l-buttuna 'Illowdja l-abbozz'.

Jekk diġà għandek xi formola ssejvjata, jekk jogħġbok ara li tuża l-buttuna 'Illowdja l-abbozz'.


Biex tillowdja PDF li ffirmajt b'mod elettroniku jeħtieġlek tilloggja. e-signature icon

Biex tillowdja PDF li ffirmajt b'mod elettroniku jeħtieġlek tilloggja. e-signature icon


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament : 01/10/2015

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna