Il-materjal għat-taħriġ

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika huwa wieħed mill-għodod li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' taħriġ ġudizzjarju Ewropew. Billi jipprovdi aċċess għal informazzjoni u materjal edukattiv ieħor, dan iżid b'mod sinifikanti l-għadd ta' nies li jistgħu jitħarrġu waħedhom u/jew jinkorporaw il-leġiżlazzjoni Ewropea fis-sessjonijiet ta' taħriġ tagħhom.

F'konformità mad-Dikjarazzjoni tal-UNESCO tal-2012 f'Pariġi dwar ir-Riżorsi Edukattivi Miftuħa, il-Kummissjoni Ewropea trid tagħmel dak kollu li huwa possibbli biex tippromwovi r-riżorsi edukattivi miftuħa u tagħmel il-materjal għall-korsijiet disponibbli għall-ġuristi.

Hemm ħafna siti ta' referenza b'riżorsi utli għat-taħriġ ġudizzjarju Ewropew fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni pproduċiet materjal ta' taħriġ f'diversi oqsma tal-leġiżlazzjoni Ewropea bi tweġiba għall-ħtiġijiet speċifiċi li jirriżultaw mill-grad ta' teknikalità jew in-numru kbir ta' professjonisti legali li jittrattaw magħhom.

Dawn il-pariri għall-fornituri ta' taħriġ PDF (2257 Kb) en huma ġabra ta' pariri prattiċi bl-eżempji għall-fornituri kollha ta' taħriġ tista' tkun ta' għajnuna meta dawn ifasslu u jorganizzaw l-attivitajiet ta' taħriġ tagħhom

Materjal ta' taħriġ fuq is-suġġetti li ġejjin jinsab disponibbli u lest għall-użu mill-ġuristi u/jew mill-fornituri ta' taħriġ:

Liġi tal-UE b’mod ġenerali

Liġi ċivili

Liġi kriminali

Leġiżlazzjoni kontra l-kriminalità organizzata

Drittijiet tal-bniedem

Drittijiet tat-tfal

Nondiskriminazzjoni

Ugwaljanza tas-sessi

Liġi Amministrattiva

Liġi ambjentali

Proprjetà intellettwali

Képzési módszertan

L-aħħar aġġornament: 02/12/2015

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna