Formoli għal sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali


Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tat-12 ta’ Diċembru 2012 u ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali


Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni)) li ssostitwixxa ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 mill-10 ta’ Jannar 2015. Dan ir-Regolament ġdid japplika biss għal proċedimenti ġudizzjarji istitwiti, għal strumenti awtentiċi mfassla jew irreġistrati formalment u għal soluzzjonijiet bil-qorti approvati jew konklużi fl-10 ta’ Jannar 2015 jew wara. Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, inkluża d-Danimarka abbażi ta’ ftehim parallel dwar ir-Regolament 44/2001 mal-Unjoni Ewropea. Dan il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2007.

Ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 jibqa’ japplika għal sentenzi mogħtija fi proċedimenti ġudizzjarji istitwiti, għal strumenti awtentiċi mfassla jew irreġistrati formalment u għal soluzzjonijiet bil-qorti approvati jew konklużi qabel l-10 ta’ Jannar 2015 li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 jipprevedi żewġ forom: ċertifikat li jikkonċerna sentenza u ċertifikat li jikkonċerna strument awtentiku/soluzzjoni bil-qorti.

Ir-Regolament (UE) Nru 44/2001 jipprevedi żewġ forom:

Informazzjoni addizzjonali: Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni) u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi

Tista’ timla dawn il-formoli onlajn billi tikklikkja fuq waħda minn dawn il-links hawn taħt. Jekk diġà bdejt formola u ssejvjajt abbozz, tista’ ttellagħha  billi tuża’ l-buttuna “Illowdja l-abbozz”.
Mill-1 ta’ Frar 2020, ir-Renju Unit ma għadux Stat Membru tal-UE. Madankollu, skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-dritt tal-UE għandu japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Ir-Renju Unit jista’ jintgħażel fil-formoli sa’ tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-31 ta’ Diċembru 2020.

  • Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Ċertifikat li jikkonċerna sentenza fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali
    • mt_in il-Malti
  • Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Ċertifikat li jikkonċerna strument awtentiku/tranżazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali
    • mt_in il-Malti
  • Ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ċertifikat imsemmi fl-Artikoli 54 u 58 tar-Regolament dwar sentenzi u deċiżjonijiet tal-qrati
    • mt_in il-Malti
  • Ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 57(4) tar-Regolament fl-istrumenti awtentiċi
    • mt_in il-Malti

Jekk diġà għandek xi formola ssejvjata, jekk jogħġbok ara li tuża l-buttuna 'Illowdja l-abbozz'.

Jekk diġà għandek xi formola ssejvjata, jekk jogħġbok ara li tuża l-buttuna 'Illowdja l-abbozz'.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament : 30/07/2015

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna