Formoli għal obbligi ta’ manteniment


Ir-Regolament tal-Kunsill 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-obbligi ta' manteniment għandu l-għan li jiżgura li jkun hemm l-irkupru effettiv u bla dewmien tal-manteniment.


Huwa jistabbixxi disa' formoli standard li għandhom iħaffu l-komunikazzjoni bejn l-Awtoritajiet Ċentrali u jagħmluha possibbli li jiġu sottomessi applikazzjonijiet b'mod elettroniku.

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea inkluż ir-Renju Unit (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/451/KE tat-8 ta' Ġunju 2009).

Id-Danimarka kkon fermat l-intenzjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament sa dak il-punt li huwa jemenda r-Regolament (KE) Nru 44/2001, permezz ta' dikjarazzjoni bbażata fuq ftehim parallel konkluż mal-Komunità Ewropea.

Id-Danimarka u r-Renju Unit mhumiex marbuta bil-Protokoll tal-Aja tal-2007.

Minbarra d-disa' formoli standard, ġiet żviluppata formola standard mhux obbligatorja addizzjonali dwar id-dikjarazzjoni ta' arretrati tal-manteniment min-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fl-oqsma ċivili u kummerċjali. L-għan ta' din il-formola addizzjonali hija li tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni prattika tar-Regolament tal-Manteniment, u l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet taċ-ċittadini madwar l-UE.

Disa' formoli standard

Tista’ timla dawn il-formoli onlajn billi tikklikkja fuq waħda minn dawn il-links hawn taħt. Jekk diġà bdejt formola u ssejvjajt abbozz, tista’ ttellagħha  billi tuża’ l-buttuna “Illowdja l-abbozz”.
Mill-1 ta’ Frar 2020, ir-Renju Unit ma għadux Stat Membru tal-UE. Madankollu, skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-dritt tal-UE għandu japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Ir-Renju Unit jista’ jintgħażel fil-formoli sa’ tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-31 ta’ Diċembru 2020.

  • ANNESS I - Estratt ta’ deċiżjoni/transazzjoni ġudizzjarja f’materji ta’ obbligi ta’ manteniment mhix ippreżentata għall-proċedura ta’ rikonoxximent u ta’ dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà
    • mt_in il-Malti
  • ANNESS II - Estratt ta’ deċiżjoni/transazzjoni ġudizzjarja f’materji ta’ obbligi ta’ manteniment ippreżentata għall-proċedura ta’ rikonoxximent u ta’ dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà
    • mt_in il-Malti
  • ANNESS III - Estratt ta’ att awtentiku f’materji ta’ obbligi ta’ manteniment mhux ippreżentat għall-proċedura ta’ rikonoxximent u ta’ dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà
    • mt_in il-Malti
  • ANNESS IV - Estratt ta’ att awtentiku f’materji ta’ obbligi ta’ manteniment ippreżentat għall-proċedura ta’ rikonoxximent u ta’ dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà
    • mt_in il-Malti
  • ANNESS V - Talba għal miżuri speċifiċi
    • mt_in il-Malti
  • ANNESS VI - Formola ta’ talba bil-għan tar-rikonoxximent, id-dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà jew ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni f’materji ta’ obbligi ta’ manteniment
    • mt_in il-Malti
  • ANNESS VII - Formola ta’ talba bil-għan tal-kisba jew tal-modifika ta’ deċiżjoni f’materji ta’ obbligi ta’ manteniment
    • mt_in il-Malti
  • ANNESS VIII - Notifika tal-wasla ta’ talba
    • mt_in il-Malti
  • ANNESS IX - Notifika ta’ rifjut jew ta’ waqfien ta’ proċessar ta’ talba
    • mt_in il-Malti

Jekk diġà għandek xi formola ssejvjata, jekk jogħġbok ara li tuża l-buttuna 'Illowdja l-abbozz'.

Jekk diġà għandek xi formola ssejvjata, jekk jogħġbok ara li tuża l-buttuna 'Illowdja l-abbozz'.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament : 21/04/2015

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna