L-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju timmarka pass ieħor importanti fit-tlestija tal-kostruzzjoni tal-UE.
Jekk jogħġbok ara l-informazzjoni stipulata mill-Kroazja kemm bil-Kroat u kemm bl-Ingliż dwwar il-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili:
- croatia_cooperation_in_civil_matters_en.pdf
(318 Kb) (EN)
- croatia_cooperation_in_civil_matters_hr.pdf
(483 Kb) (HR)
Dan ikopri l-oqsma li ġejjin:
- sentenzi f'materji ċivili u kriminali
- materji matrimonjali u materji ta' responsabilità tal-ġenituri
- obbligi ta' manteniment
- preżentazzjoni ta' dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji
- teħid ta' evidenza
- Proċeduri Ewropej (proċedura Ewropea ta' Ordni ta' Ħlas, proċedura Ewropea tat-Talbiet iż-Żgħar, Ordni Ewropea għall-Infurzar ta' pretensjonijiet mhux ikkontestati)
Jekk jogħġbok innota wkoll li ċertu għadd ta' regolamenti fil-qasam tal-ġustizzja ċivili ġew emendati mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.