Proċessar Awtomatiku

It-teknoloġija moderna tal-informazzjoni bidlet il-ħajja ta' kuljum tagħna malajr u b'mod sostanzjali. Il-proċedimenti ġudizzjarji ċivili għandhom jirreaġixxu kif xieraq biex jiffaċċjaw l-isfidi li dan iġib miegħu biex jipprovdu qafas għall-ġustizzja li jista’ jlaħħaq mal-aspettattivi tas-soċjetajiet moderni.

F’dawn l-aħħar snin iktar u iktar Stati Membri introduċew bidliet fil-liġijiet li jippermettu l-użu ta’ teknoloġiji moderni tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni fi proċedimenti ġudizzjarji ċivili. Dawn il-bidliet jippermettu l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-partijiet ikkonċernati mill-proċeduri permezz ta' mezzi ġodda bħalma huwa l-internet.

F’xi każijiet il-proċeduri jistgħu jinbdew permezz ta' applikazzjoni elettronika mibgħuta lill-qorti permezz tal-internet mill-parti li ressqet l-ilment; f’każijiet oħra, il-qrati għandhom l-awtorità li jinnotifikaw dokumenti ġudizzjarji elettronikament lill-partijiet; u f’każijiet oħra l-komunikazzjonijiet kollha jsiru elettronikament. Hemm xi Stati Membri, fejn l-użu tal-internet għall-finijiet ta’ komunikazzjoni huwa aċċettat għal kważi kull tip ta’ proċediment ċivili, filwaqt li f’oħrajn huwa ristrett għal ċerti tipi speċjali ta’ proċedimenti.

L-użu ta’ teknoloġiji moderni ta’ komunikazzjoni fi proċedimenti ċivili ma għandux jipperikola d-drittijiet fundamentali tal-partijiet involuti. L-aċċess għall-ġustizzja ma jistax jiġi evitat permezz tal-fatt li ċertu mezz ta’ komunikazzjoni tat-teknoloġija ma jkunx disponibbli għal parti. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha tiżgura li l-komunikazzjoni permezz tal-internet ma theddidx il-protezzjoni xierqa ta’ dejta sensittiva użata fil-kors tal-proċedimenti.

Sabiex tikseb informazzjoni dettaljata dwar l-ambjent legali relevanti fl-Istati Membri, jekk jogħġbok agħżel waħda mill-bnadar li tinsab fuq in-naħa tal-lemin.

L-aħħar aġġornament: 27/04/2016

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna