Insolvenza

Jekk ikollok talba monetarja kontra ditta li tkun qed taffaċċja falliment, tista' tgawdi minn ċerti forom ta' protezzjoni.

Ditta li għandha ttik il-flus iżda għandha pagamenti sospiżi u għalhekk ma tistax tħallsek. Il-liġi ġeneralment tipprevedi żewġ possibbiltajiet f'dan il-każ:

  • Jew id-ditta tista' tissalva; f'dan il-każ, din titpoġġa taħt amministrazzjoni b'ordni tal-qorti. L-għan ta' din il-proċedura huwa li tiġi ssalvagwardjata d-ditta, jibqa' għaddej in-negozju, jinżammu l-impjiegi u jiġu ttratttati r-responsabbiltajiet, jew
  • is-sitwazzjoni tant hi serja li huwa ġġustifikat l-istralċ tad-ditta, li fil-lingwaġġ komuni jfisser falliment.

Fiż-żewġ każijiet, hekk kif il-qorti tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha, il-kredituri ma jistgħux aktar jipproċedu individwalment kontra d-ditta. L-għan ta' dan il-prinċipju huwa li jiġi żgurat li l-kredituri kollha jiġu ttrattati bl-istess mod u li jiġu protetti l-assi tad-debitur. Biex titħallas, trid f'dan il-waqt tipprova t-talba tiegħek kontra l-persuna - ġeneralment magħrufa bħala l-amministratur jew il-likwidatur - li hija responsabbli għar-riorganizzazzjoni jew il-likwidazzjoni tal-assi tad-debitur.

Sabiex ikun ħafna aktar diffiċli għal debitur li jevita li jħallas id-djun tiegħu billi jittrasferixxi assi minn Stat Membru wieħed għal ieħor, ġie adottat ir-Regolament dwar proċedimenti ta' falliment .

Għal informazzjoni dettaljata, jekk jogħġbok agħżel waħda mill-bnadar elenkati fuq il-lemin.

L-aħħar aġġornament: 10/11/2014

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna