Talbiet żgħar

Ir-Regolament tal-Kunsill 861/2007 tat-11 ta’ Lulju li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għandu l-għan li jtejjeb u jissimplifika l-proċeduri fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali fejn il-valur tat-talba ma jaqbiżx l-2000 €.

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Proċedura għal Talbiet Żgħar taħdem b'formoli standard. Hija proċedura bil-miktub sakemm il-qorti ma tiddeċidix li hemm il-bżonn ta' smiegħ orali.

Ir-Regolament jistabilixxi wkoll il-limiti ta' żmien għall-partijiet u għall-qorti sabiex titħaffef il-litigazzjoni.

Ir-Regolament jipprovdi erba' formoli standard.

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdik b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u b'għodda faċli li tintuża biex timla l-formoli.

Biex tikseb informazzjoni dwar notifiki tal-Istati Membri, jekk jogħġbok agħżel waħda mill-bandieri mniżżla fuq in-naħa tal-lemin.


SIB QRATI KOMPETENTI

mt_CDB competent court description

Proċeduri transfruntieri Ewropej - Talbiet żgħar


*mt_mandatory field
L-aħħar aġġornament: 27/04/2016

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna