Obbligi ta' manteniment

Ir-Regolament tal-Kunsill 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-obbligi ta' manteniment għandu l-għan li jiżgura li jkun hemm l-irkupru effettiv u bla dewmien tal-manteniment.

Huwa jistabbixxi disa' formoli standard li għandhom iħaffu l-komunikazzjoni bejn l-Awtoritajiet Ċentrali u jagħmluha possibbli li jiġu sottomessi applikazzjonijiet b'mod elettroniku.

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea inkluż ir-Renju Unit (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/451/KE tat-8 ta' Ġunju 2009, ĠU L 149, 12.06.2009, p. 73).

Id-Danimarka kkonfermat l-intenzjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament sa dak il-punt li huwa jemenda r-Regolament (KE) Nru 44/2001, permezz ta' dikjarazzjoni (ĠU L 149, 12.06.2009, p. 80) bbażata fuq ftehim parallel konkluż mal-Komunità Ewropea.

Id-Danimarka kkonfermat l-intenzjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tal-Att ta’ Implimentazzjoni tal-10 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi l-Annessi X u XI ta’ mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni fi kwistjonijet relatati ma’ obbligi ta’ manteniment.  (Notifika DK. ĠU L195, 18. 7. 2013, p.1)

Id-Danimarka u r-Renju Unit mhumiex marbuta bil-Protokoll tal-Aja tal-2007.

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdik b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u b'għodda faċli li tintuża biex timla l-formoli.

Biex tikseb informazzjoni dwar notifiki tal-Istati Membri, jekk jogħġbok agħżel waħda mill-bandieri mniżżla fuq in-naħa tal-lemin.


SIB QRATI KOMPETENTI

mt_CDB competent court description

Liġi tal-Familja - obbligi ta’ Manteniment


*mt_mandatory field
L-aħħar aġġornament: 17/04/2015

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna