Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Smigħ ta' xhieda

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali jfittex li jtejjeb, jissimplifika u jaċċellera l-kooperazzjoni bejn il-qrati fil-kumpilazzjoni ta' xhieda.

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kollha bl-eċċezzjoni tad-Danimarka. Bejn id-Danimarka u l-Istati Membri l-oħra tapplika l-Konvenzjoni dwar it-Teħid ta’ Provi Barra mill-Pajjiż f’Materji Ċivili jew Kummerċjali tal-1970.

Ir-Regolament jipprovdi għal żewġ modi ta' kumpilazzjoni ta' xhieda bejn Stati Membri: il-kumpilazzjoni ta' xhieda permezz tal-qorti rikjesta u l-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda mill-qorti rikjedenti.

Il-Qorti Rikjedenti hija l-qorti li quddiemha il-proċedimenti jinbdew jew jiġu kontemplati. Il-Qorti Rikjesta hija l-qorti kompetenti ta' Stat Membru ieħor għall-prestazzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda. Il-Korp Ċentrali huwa responsabbli biex iforni l-informazzjoni u jfittex soluzzjoi għal kull diffikultà li tista' tinqala' fir-rigward ta' talba.

Ir-Regolament jipprovdi għal 10 formoli.

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdik b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u b'għodda faċli li tintuża biex timla l-formoli.

Biex tikseb informazzjoni dwar notifiki tal-Istati Membri, jekk jogħġbok agħżel waħda mill-bandieri mniżżla fuq in-naħa tal-lemin.


SIB QRATI KOMPETENTI

mt_CDB competent court description

*mt_mandatory field
L-aħħar aġġornament: 07/04/2016

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna