Titolu eżekuttiv ewropew

Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati

Dan ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Dan ineħħi l-ħtieġa, taħt ċerti kondizzjonijiet, ta' kull miżura intermedjarja fl-Istat Membru fejn l-infurzar huwa mitlub, li qabel kienet meħtieġa għal deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru ieħor, fin-nuqqas verifikabbli ta' kontestazzjoni dwar in-natura jew l-ammont ta' debitu. Dawn il-kundizzjonijiet jirrigwardaw l-aktar in-notifika ta' dokumenti fil-każ ta' sentenzi b'kontumaċja. It-tneħħija tal-proċedura ta' exequatur ser tippermetti lill-kredituri biex jiksbu infurzar ta' malajr u effiċjenti f'pajjiż barrani mingħajr ma jkollhom għalfejn jinvolvu lill-qrati ta' l-Istat Membru fejn l-infurzar huwa meħtieġ bi proċeduri li jieħdu l-ħin u jiswew ħafna flus.

Ir-Regolament jipprovdi għal sitt formoli standard.

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdik b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u b'għodda faċli li tintuża biex timla l-formoli.

Biex tikseb informazzjoni dwar notifiki tal-Istati Membri, jekk jogħġbok agħżel waħda mill-bandieri mniżżla fuq in-naħa tal-lemin.

Links relatati

Ordni ta' Ħlas Ewropea

Gwida ta’ prattika ghall-applikazzjoni tar-Regolament dwar l-ordni Ewropew ta’ Infurzar PDF (1137 Kb) mt

L-aħħar aġġornament: 08/06/2016

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna