Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta'Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000

Dan ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea ħlief għad-Danimarka.

Sentenza mogħtija fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra mingħajr il-ħtieġa ta' ebda proċedura speċjali.

Sentenza mogħtija fi Stat Membru u li hija infurzabbli f'dak l-Istat għandha tiġi infurzata fi Stat Membru ieħor meta, fuq rikors minn xi parti li jkollha interess, tkun ġiet iddikjarata infurzabbli hemmhekk. Rikors għal dikjarazzjoni ta' infurzabbiltà għandu jiġi ppreżentat lill-qorti li tidher taħt Qorti għall-applikazzjoni tar-rikonoxximent/tal-eżegwibilità. L-appell kontra d-deċiżjoni dwar ir-rikors għal dikjarazzjoni ta' infurzabbiltà għandu jiġi ppreżentat lill-qorti li tidher fuq il-lista Qorti għall-appell kontra deċiżjoni ta' rikonoxximent/eżegwibilità.

Is-sentenzi dwar id-drittijiet ta' aċċess u sentenzi dwar l-għoti lura ta' tifel jew tifla huma rikonoxxuti u infurzabbli fi Stati Membri oħrajn, mingħajr il-ħtieġa ta' dikjarazzjoni ta' infurzabbiltà, kemm-il darba jintbagħat ċertifikat magħhom.

Ir-Regolament jipprovdi għal erba' formoli standard.

Kull Stat Membru għandu jinnomina ta' mill-inqas awtorità ċentrali waħda biex tgħin bl-applikazzjoni tar-Regolament.

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdik b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u b'għodda faċli li tintuża biex timla l-formoli.

Biex tikseb informazzjoni dwar notifiki tal-Istati Membri, jekk jogħġbok agħżel waħda mill-bandieri mniżżla fuq in-naħa tal-lemin.


SIB QRATI KOMPETENTI

mt_CDB competent court description

Liġi tal-Familja - kwistjonijiet Matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabilità tal-ġenituri


*mt_mandatory field
L-aħħar aġġornament: 13/07/2015

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna