Sib informazzjoni għal kull reġjun
Biex tara informazzjoni dettaljata dwar ir-regoli dwar il-liġi ta’ evidenza tal-Istati Membri, agħżel waħda mill-bnadar elenkati fuq in-naħa tal-lemin ta’ din il-paġna.
Is-smigħ ta’ xhieda fil-proċeduri ta' qorti ċivili mhuwiex ristrett għall-fruntieri ta’ Stat Membru. Xi kultant, jista' jkun meħtieġ li tinstema' xhieda fi Stat Membru li ma jkunx dak li inti residenti fih. Pereżempju, jista’ jkun neċessarju li jinstemgħu xhieda fi Stati Membri oħra, jew il-qorti jista' jkollha żżur post fi Stat Membru ieħor fejn ikunu seħħew il-fatti. Fir-rigward ta’ smigħ ta’ xhieda transfruntier fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn il-qrati tal-Istati Membri fis-smigħ ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali hija regolata mir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001.
Ħoloq relatati
Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing
Gwida prattika għall-applikazzjoni tar-Regolament dwar is-Smigħ ta’ Xhieda (308 Kb)
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.