Kooperazzjoni fi kwistjonijiet kriminali

Il-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-livell Ewropew tinvolvi l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni bejn il-ġuristi (l-imħallfin, il-prosekuturi u l-avukati tad-difiża) u l-kontropartijiet tagħhom fi Stati Membri oħra, filwaqt li jitjieb ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji fi kwistjonijiet kriminali minn Stat Membru għal ieħor, u jiġu żviluppati - fejn meħtieġ - l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni proċedurali u sostantiva, il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni adottata, u l-kunsiderazzjoni tal-aspetti tar-relazzjonijiet esterni tal-ġustizzja kriminali (ir-relazzjonijiet ma' pajjiżi mhux membri tal-UE).

Il-Programm ta' Stokkolma jistabbilixxi lista ġdida ta' għanijiet għall-perjodu 2010-2014:

  • għall-iżvilupp ta' strumenti li jimplementaw il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku f'kull fażi tal-proċedimenti kriminali;
  • għall-approssimazzjoni tal-liġi proċedurali nazzjonali u l-liġi sostantiva fejn meħtieġ biex jitjiebu l-fiduċja reċiproka u r-rikonoxximent reċiproku;
  • għall-iżvilupp ta' standards minimi komuni biex ikun żgurat li l-proċessi kriminali jkunu ġusti madwar l-UE;
  • għall-iżvilupp u l-għajnuna lill-korpi jew lill-istrumenti tal-UE tal-kooperazzjoni ġudizzjarja bħal EUROJUST u n-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet kriminali;
  • għat-titjib ta' fiduċja reċiproka bejn is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tal-UE permezz tal-iżvilupp ta' kultura ġudizzjarja Ewropea permezz tat-taħriġ u n-netwerking ta' ġuristi;
  • għall-monitoraġġ tal-implementazzjoni tal-liġijiet tal-UE li jkunu diġà ġew adottati;
  • għall-kunsiderazzjoni ta' aspetti esterni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja tal-UE) pereżempju n-negozjar ta' ftehimiet ma' pajjiżi li mhumiex membri tal-UE, il-valutazzjoni tas-sistemi ġudizzjarji ta' pajjiżi li japplikaw - jew li qed jaħsbuha biex japplikaw - għas-sħubija fl-UE)

L-UE adottat diversi strumenti leġiżlattivi skont il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku - jekk jogħġbok ikkonsulta s-sottopaġni rilevanti biex tikseb aktar tagħrif dwar:

Ġew adottati tliet direttivi għall-iżvilupp ta' standards minimi komuni biex jiżguraw id-drittijiet ta' proċess ġust:

L-aħħar aġġornament: 19/08/2015

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna