Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' qabel il-kawża

L-użu eċċessiv u t-tul tad-detenzjoni preproċesswali hija waħda mill-kawżi prinċipali tal-popolazzjoni eċċessiva fil-ħabs. F'każ ta' riskju ta' ħarba, is-suspettati li ma humiex residenti fl-Istat Membru fejn qed isiru l-proċedimenti ta' spiss jintbagħtu taħt kustodja, filwaqt li s-suspettati li huma residenti jibbenefikaw minn miżuri alternattivi (barra mill-ħabs).

Superviżjoni transkonfinali ta’ miżuri alternattivi għad-detenzjoni ta’ preproċesswali (barra mill-ħabs)

Skont il-prinċipji ġenerali tad-dritt, il-kustodja matul il-proċess għandha tiġi kkunsidrata miżura eċċezzjonali u għandu jsir użu l-aktar wiesa' possibbli ta' miżuri ta' superviżjoni mhux detentivi (barra mill-ħabs). Ċittadini tal-UE li huma suspettati b'offiża fi Stat Membru ieħor s'issa, spiss kienu ma jikkwalifikawx għal tali alternativi billi fil-parti l-kbira ma kellhomx residenza fl-Istat Membru fejn kienu suspettati.

Id-Deċiżjoni Qafas tal-2009 dwar miżuri ta' superviżjoni bħala alternattiva għad-detenzjoni preproċesswali (Ordni ta' Superviżjoni Ġudizzjarja) tippermetti lill-Istati Membri tal-UE li jagħrfu b'mod reċiproku l-miżuri ta' superviżjoni preproċesswali (barra l-ħabs).

Imħallef Grieg jista’, pereżempju, jordna li persuna ta' nazzjonalità Svediża, li tkun suspettata li kkommettiet reat fil-Greċja, tirrapporta għand il-forzi tal-pulizija lokali tagħha fl-Isvezja darbtejn fix-xahar minflok li tagħmel dan fil-Greċja. Dan jgħin biex jiġu frankati ħafna flus u biex jitnaqqas in-numru ta' detenuti preproċesswali fl-Unjoni Ewropea inġenerali. Fl-istess ħin, jirrinforza d-dritt għal-libertà u l-preżunzjoni tal-innoċenza fl-Unjoni Ewropea u jnaqqas ir-riskju ta' trattament li ma jkunx indaqs ta' persuni suspettati li ma jkunux residenti fil-pajjiż fejn huma suspettati li wettqu reat kriminali.

Meta joqrob il-proċess u l-persuna suspettata tirrifjuta li tattendi volontarjament, hija tkun tista' tiġi trasferita bil-forza (permezz ta' mandat ta' arrest Ewropew) fl-Istat fejn għandhom iseħħu l-proċedimenti.

L-Istati Membri kellhom sal-1 ta' Diċembru 2012 biex jittrasponu dan l-istrument fil-liġi nazzjonali tagħhom.

Għal aktar informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri differenti, jekk jogħġbok ikklikkja hawnhekk.

L-aħħar aġġornament: 22/07/2015

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna