Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Avviż legali

1. Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà

2. Avviż ta' privatezza

3. Ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali

4. L-avviż tad-dritt tal-awtur


1. Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda ta’ Responsabbiltà

1.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali

Il-pożizzjonijiet espressi fuq is-sit web huma dawk tal-awturi u ma jirriflettux neċessarjament l-opinjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea. Filwaqt li dan is-sit web huwa ġestit mill-Kummissjoni Ewropea, ir-responsabbiltà għall-kontenut tagħha hija maqsuma bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri individwali.

Il-Kummissjoni Ewropea żżomm dan is-sit web biex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja transfruntiera u tkabbar l-aċċess pubbliku għal informazzjoni dwar l-inizjattivi tagħha u l-politiki tal-Unjoni Ewropea inġenerali. Aħna nippruvaw inżommu din l-informazzjoni attwali u preċiża. Jekk jinġiebu l-iżbalji għall-attenzjoni tagħna, aħna nippruvaw nikkoreġuhom.

Is-servizzi interattivi (elettroniċi) kollha huma previsti fuq bażi "tale quale" u tal-"aħjar sforz". Il-Kummissjoni Ewropea u l-fornituri tad-data/tas-servizz li qegħdin jipparteċipaw jiċħdu kull responsabbiltà, kemm dik espliċita u kif ukoll dik taċita. B'mod partikolari, aħna ma nistgħux niggarantixxu qagħda attwali tad-data, il-korrettezza tagħha jew niżguraw id-disponibbiltà ta' servizz ininterrott jew id-disponibbiltà ta' kull sit estern li huwa relatat.

Il-Kummissjoni tiċħad kull responsabbiltà fir-rigward ta' kull dannu batut minħabba korruzzjoni tad-data, telf tad-data jew kull tip ieħor ta' effett avvers ikkawżat permezz ta' tħaddim intenzjonat jew mhux intenzjonat tas-sistema. Din id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà mhijiex maħsuba sabiex tillimita r-responsabbiltà tal-Kummissjoni bi ksur tar-regoli stipulati fil-liġi nazzjonali applikabbli jew sabiex teskludi r-responsabbiltà tagħha għal kwistjonijiet li ma jistgħux ikunu esklużi skont dik il-liġi. Il-liġi applikabbli hija l-liġi Belġjana u l-qrati Belġjani huma kompetenti f'każ ta' tilwima.

Il-Kummissjoni Ewropea tista' tirrevedi d-Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda ta’ Responsabbiltà u t-termini u l-kundizzjonijiet indikati aktar 'l isfel f'kull ħin mingħajr avviż minn qabel u int għandek dejjem tirreferi għall-verżjoni kurrenti ta' dan it-test kif ippubblikat fuq is-sit web.

1.2 Aspetti relatati mal-paġni tal-kontenut

Il-paġni tal-kontenut huma jew "Ewropej" fin-natura tagħhom jew paġni tal-"Istati Membri", fejn kull Stat Membru tal-UE (permezz tal-awtoritajiet varji tiegħu) huwa responsabbli għall-kontenut u għar-referenzi fuq l-istess paġni tiegħu. Din l-informazzjoni:

- hija ta' natura ġenerali biss u hija maħsuba biss sabiex tindirizza ċ-ċirkustanzi speċifiċi ta' kull individwu jew entità partikolari;

- mhijiex neċessarjament komprensiva, kompluta, preċiża jew aġġornata;

- hija xi drabi marbuta ma' siti esterni li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda kontroll fuqhom u li l-Kummissjoni ma tassumi l-ebda responsabbiltà għalihom;

- mhijiex professjonali u lanqas xi parir legali (jekk għandek bżonn ta' parir speċifiku, int għandek dejjem tikkonsulta professjonist ikkwalifikat kif xieraq).

Kull referenza fil-paġni ta' kontenut għal persuna ta' sess maskulini titqies ukoll bħala li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta' sess femminili, u vice versa, sakemm il-kuntest ma jindikax ċarament mod ieħor.

Ftit mill-paġni ta' kontenut huma tradotti b'mod awtomatiku. Innota li traduzzjonijiet awtomatiċi huma pprovduti temporanjament u biss għal għanijiet kuntestwali. Il-proprjetarji ta' dawn il-paġni ma jaċċettaw l-ebda responsabbiltà fir-rigward tal-kwalità ta' testijiet tradotti b'mod awtomatiku.

Innota li ma jistax jiġi żgurat li dokument disponibbli onlajn jirriproduċi eżattament test adottat uffiċjalment. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea biss li tkun ġiet ippubblikata fl-edizzjonijiet stampati tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qabel l-1 ta' Lulju 2013 u l-verżjonijiet elettroniċi tagħha ppubblikati wara l-1 ta' Lulju 2013 għandhom valur legali. Huwa l-għan tagħna li nimminimizzaw l-interruzzjonijiet ikkważati minn inċidenti tekniċi. Madankollu, xi data jew informazzjoni fuq is-sit tagħna tista' tkun maħluqa jew strutturata f'fajls jew formati li jkollhom xi żbalji u aħna ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jkunx interrott jew affettwat b'mod ieħor minn tali problemi.

1.3 Aspetti relatati ma' servizzi interattivi

Għas-servizzi interattivi kollha japplikaw it-termini u kundizzjonijiet segwenti:

Meta tuża dawn is-servizzi, int taqbel li tużahom esklużivament għall-iskop maħsub tagħhom. Int ma għandekx tuża s-servizzi, jew kull data personali mogħtija mis-servizzi, b'xi ħsieb jew intenzjoni oħra u b'mod partikolari t-tali data ma għandhiex tintuża fir-rigward ta' attivitajiet kummerċjali, pubbliċitarji jew ta' reklamar.

Mhuwiex permess li int tikkopja fi kwantitajiet kbar b'mod awtomatizzat (ħsad), u / jew tiddistribwixxi d-data rċevuta permezz tas-servizzi previsti b'kull mezz.

Huwa permess li int tagħmel ħolqa mal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u l-paġni tiegħu.

Aspetti speċifiċi dwar is-servizzi:

1.3.1 Interkonnessjoni tar-Reġistri ta' Insolvenza

Dan is-servizz jippermettilek issib informazzjoni dwar proċedimenti ta' insolvenza fir-reġistri nazzjonali tal-Istati Membri li qegħdin jipparteċipaw. M'hemmx reġistru ta' insolvenza ċentralizzat fl-UE. It-talba tiegħek tintbagħat lir-reġistri nazzjonali u r-risposta tintbagħat lura fi ftit sekondi. Għalissa s-servizz huwa pprovdut fuq bażi "tal-aħjar sforz".

1.3.2 Sib Avukat

"Sib Avukat" huwa servizz ipprovdut lill-pubbliku inġenerali mill-Kummissjoni Ewropea u l-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-avukati u l-għaqdiet tal-avukati parteċipanti.

1.3.3 Sib Nutar

"Sib Nutar" huwa servizz ipprovdut lill-pubbliku inġenerali mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tan-Nutara tal-Unjoni Ewropea (CNUE) u kumitati oħra tan-nutara parteċipanti.

1.3.4 ECLI (European Case Law Identifier)

L-interfaċċa ta' tiftix tal-ECLI huwa servizz ipprovdut lill-pubbliku inġenerali mill-Kummissjoni Ewropea f'koperazzjoni mal-fornituri tal-każistika li qegħdin jipparteċipaw. Il-Kummissjoni għamlet dan is-servizz disponibbli sabiex tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja f'kuntest transfruntier billi tippermetti liċ-ċittadini u l-prattikanti legali tal-UE li jillokalizzaw faċilment il-każistika li tikkonċerna identifikatur ECLI.

1.3.5 Tiftix ta' qorti / awtorità kompetenti

L-interfaċċa ta' tiftix ta' qorti / awtorità kompetenti huwa servizz ipprovdut lill-pubbliku inġenerali mill-Kummissjoni Ewropea f'koperazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji jew mal-korpi kompetenti parteċipanti oħra. Il-Kummissjoni għamlet dan is-servizz disponibbli sabiex tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja f'kuntest transfruntier billi tippermetti liċ-ċittadini u l-prattikanti legali tal-UE jillokalizzaw faċilment il-qorti nazzjonali kompetenti. Innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali dwar id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

1.3.6 Sottomissjoni elettronika ta' talbiet (e-CODEX)

Is-sottomissjoni elettronika tat-talba tiegħek bl-użu tat-teknoloġija e-CODEX (Ordni ta' Ħlas Ewropew, Talbiet Żgħar Ewropej) hija prevista permezz tal-interkonnessjoni ta' numru kbir ta' sistemi ta' IT operati kemm mill-Kummissjoni Ewropea u kif ukoll mill-awtoritajiet nazzjonali. It-talba tiegħek tista' eċċezzjonalment ma tilħaqx il-qorti indikata. Il-prova ta' trażmissjoni (jew ta' nuqqas ta' trażmissjoni) tiġi pprovduta lilek sa fejn possibbli, iżda kun avżat li f'xi Stati Membri din il-prova hija limitata għall-konsenja tat-talba tiegħek lis-sistema nazzjonali ċentrali tal-IT stabbilita għal dan il-għan. Ma jkunx dejjem possibbli li tingħata konferma tal-irċevuta lill-qorti magħżula.

In-notifiki kollha dwar il-prova ta' trażmissjoni jew l-irċevuta tar-risposti mill-qorti jintbagħtu lill-indirizz tal-posta elettronika assoċjata mal-kont tas-Servizz tal-Awtentikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (ECAS - European Commission Authentication Service) li int tkun illoggjajt bih.

Il-Kummissjoni Ewropea ma tistax tinżamm responsabbli għal nuqqas ta' konsenja tat-talba tiegħek jew għal nuqqas ta' tressiq ta' provi tat-trażmissjoni tagħha (jew ta' nuqqas ta' trażmissjoni tagħha). Bl-istess mod, il-Kummissjoni ma tistax tinżamm responsabbli għal nuqqas ta' konsenja ta' komunikazzjoni dwar it-talba tiegħek mill-qorti jew ta' notifika ta' rċevuta ta' tali komunikazzjoni.

Sakemm int ma titlobx it-tħassir tagħha, il-komunikazzjoni tiegħek lill-qorti u mill-qorti – barra miċ-ċirkustanzi ta' force majeure – tibqa' disponibbli għall-konsultazzjoni tiegħek fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika għal perjodu ta' sena mill-inqas. Nagħtuk parir biex tissejvja l-kopja proprja tiegħek tal-komunikazzjoni kollha li int tixtieq taċċedi għaliha lil hinn minn dan il-perjodu. Il-Kummissjoni Ewropea ma tistax tinżamm responsabbli għal xi danni li int tista' iġġarrab minħabba l-indisponibbiltà temporanja jew permanenti tal-komunikazzjoni bejnek u l-qorti jew talli tkun naqset milli tinnotifikak bil-quddiem bit-tħassir ta' din il-komunikazzjoni.

1.3.7 Firma elettronika

It-talbiet sottomessi elettronikament (e-CODEX) iridu jiġu ffirmati b'mod elettroniku qabel ma jkunu jistgħu jintbagħtu permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika. Dan il-Portal jipprovdi strument biex jgħinek f'dan il-proċess, iżda ma jimponix l-użu ta' dan l-istrument: int għandek il-possibbiltà li tiffirma t-talba tiegħek elettronikament billi tuża l-mezzi tiegħek stess u ttellagħha fuq il-Portal. Il-Kummissjoni ma tistax tinżamm responsabbli għal xi danni li int tista' ġġarrab minħabba rifjut, mill-qorti jew minn kull parti oħra, ta' forma elettronika maħluqa bl-istrument previst mill-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

Fuq

2. Avviż ta' privatezza

2.1. L-objettiv tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika huwa maħsub bħala “sors (elettroniku) fl-istess ħin u fl-istess post” għall-informazzjoni dwar il-ġustizzja Ewropea u l-aċċess għal proċeduri ġudizzjari Ewropej. Il-Portal huwa mmirat għal ċittadini, negozji, prattikanti legali u l-ġudikatura. Iċ-ċittadini jgawdu mill-istess aċċess għall-ġustizzja fi Stati Membri oħra kif kieku jkollhom fl-Istat tagħhom stess u l-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jikkontribwixxi b'mod prattiku għat-tneħħija tal-ostakli, bħalma huwa l-għoti ta' informazzjoni fi 23 lingwa u kwantità ta' ħoloq għal siti web u dokumenti rilevanti.

Għalkemm ir-responsabbiltà tal-kontenut tal-Portal u l-ġestjoni tiegħu hija responsabbiltà kondiviża bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea individwali, il-kontrollur tad-data tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika hija l-Kummissjoni Ewropea.

2.2. Liema hija l-liġi applikabbli?

L-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data personali marbuta mal-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika fi ħdan ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea huma rregolati permezz tar-Regolament Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

2.3. Liema data hija pproċessata mill-Kummissjoni fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja?

Ismijiet individwali u indirizzi tal-posta elettronika tal-proprjetarji tal-paġna u tal-ħolqa tas-sit web huma pproċessati mill-Portal. Barra minn dan, xi informazzjoni għall-qrati/entitajiet kompetenti pprovduta mill-Istati Membri tista' tinkludi data personali (isem, indirizz tal-posta elettronika, numru tat-telefown) f'każijiet fejn il-persuni fiżiċi jkunu ġew iddefiniti bħala punti ta' kuntatt. Din it-tali data kollha hija ssejvjata fil-bażi tad-data li hija ospitata fiċ-Ċentru tad-Data tal-Kummissjoni Ewropea fil-Lussemburgu.

Aħna nużaw mekkaniżmu tranżitorju li jestrapola (iżda ma jissejvjax) data personali mill-ECAS, is-servizz ta' awtentikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Għall-finijiet ta' reġistrazzjoni, id-data personali bħall-isem, il-kunjom u l-indirizz tal-ittra elettronika tinġabar u tiġi pproċessata mill-ECAS. Avviż dettaljat u separat jispjega n-natura tal-ipproċessar tad-data personali mill-ECAS. Għal aktar informazzjoni, ara https://webgate.ec.europa.eu/cas/privacyStatement.html.

Id-data personali tiġi pproċessata wkoll fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika bl-għan li jiġi previst aċċess għal bażijiet ta' data nazzjonali interkonnessi, bħal Sib Avukat, Sib Nutar, l-Interkonnessjoni tar-Reġistri ta' Insolvenza (IRI), il-mutur tar-riċerka tal-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI - European Case Law Identifier), forom dinamiċi u s-sottomissjoni elettronika ta' talbiet (e-CODEX). F'dan ir-rigward:

  • id-data dwar l-avukati hija dderivata mir-reġistri tal-assoċjazzjonijiet tal-avukati u l-għaqdiet tal-avukati parteċipanti;
  • id-data dwar in-nutara hija dderivata mir-reġistri tal-kumitati nazzjonali tan-nutara parteċipanti kif ipprovduti mill-Kunsill tan-Nutara tal-Unjoni Ewropea (CNUE) u korpi kompetenti oħra;
  • id-data fl-IRI hija dderivata mir-reġistri ta' insolvenza jew ta' negozju nazzjonali;
  • id-data personali ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji proċessati fil-kuntest tal-ECLI hija fornuta minn korpi ġudizzjarji u kompetenti oħra;
  • il-forom dinamiċi jipproċessaw id-data personali fornuta mill-utenti finali (pereż. isem, indirizz, numru tat-telefown, kont bankarju, eċċ.);
  • id-data pproċessata fil-kuntest tal-e-CODEX hija dderivata mill-komunikazzjonijiet tal-utenti mal-qrati nazzjonali. Barra minn hekk, hemm data teknika użata biex jiġu identifikati l-parteċipanti fis-sistema, li f'xi każijiet tista' jkollha informazzjoni personali, bħall-indirizz tal-posta elettronika jew l-ID tal-ECAS (Sistema ta' Awtentikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea).

2.4. X'inhu l-iskop tal-ipproċessar tad-data?

Il-Portal jiġbor data personali bl-iskop li jikkuntattja l-proprjetarji tal-paġna u tal-ħolqa tas-sit web. L-iskop ta' dan l-ipproċessar huwa li jippermetti n-notifiki tal-ittra elettronika u l-ġestjoni tal-proprjetarji tal-paġna u l-proprjetarji tal-ħoloq tas-sit bħala parti mis-sistema tal-amministrazzjoni interna tal-Portal. Il-Portal jestrapola ukoll data personali (permezz tal-ECAS) għall-iskopijiet li ġejjin: biex jintbagħtu notifiki permezz tal-posta elettronika lill-utenti abbonati ma' kontenut ta' suġġetti speċifiċi jew biex jagħtuhom aġġornamenti tal-aħbarijiet. Din id-data hija proċessata wkoll sabiex tippermetti l-ġestjoni tar-rwoli u d-drittijiet u l-ġestjoni tal-kontenut.

Għal funzjonalitajiet ta' Sib Avukat, Sib Nutar, l-IRI u l-ECLI, l-ipproċessar ta' data personali mill-Kummissjoni fil-Portal isir biss biex jipprovdi aċċess għal bażijiet ta' data nazzjonali interkonnessi li fihom data personali. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni hija responsabbli biss biex tipprovdi l-infrastruttura tal-IT għall-funzjonalitajiet tal-Portal imsemmija aktar 'il fuq u mhijiex responsabbli għall-kontenut tal-bażijiet ta' data nazzjonali interkonnessi li huma disponibbli permezz tal-Portal.

Il-Kummissjoni qiegħda tipproċessa data personali fil-Portal meta dan ikun meħtieġ sabiex tipprovdi servizzi interattivi li jippermettu lill-utenti sabiex jikkomunikaw direttament mal-awtoritajiet adegwati fi Stat Membru ieħor.

2.5. Min għandu aċċess għad-data?

Id-data personali dwar il-proprjetarji tal-paġna tweb jew tal-ħolqa hija aċċessibbli mill-persunal tal-Kummissjoni (id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni Ewropea, Unità B2) u l-persunal awtorizzat li huwa responsabbli mill-amministrazzjoni tas-sistema u s-sostenn tekniku. Barra minn hekk, it-tali data personali dwar il-paġni tal-Istati Membri hija aċċessibbli wkoll mill-persunal tal-Istat Membru responsabbli mill-ġestjoni tal-paġni rispettivi.

Il-Kummissjoni twettaq ukoll valutazzjonijiet ta' sigurtà kontinwi u xierqa waqt it-twettiq ta' xogħol relatat mal-interkonnessjoni ta' bażijiet ta' data nazzjonali. Hija biss l-informazzjoni disponibbli pubblikament fil-bażijiet ta' data nazzjonali interkonnessi li hija aċċessibbli permezz tal-Portal. Mhuwiex possibbli li tiġi kkombinata informazzjoni minn diversi bażijiet ta' data nazzjonali għal skopijiet differenti permezz tal-Portal.

2.6. Kemm iddum tiġi ssejvjata d-data?

Id-data personali ta' proprjetarji tal-paġna u tal-ħolqa tiġi ssejvjata f'bażi ta' data lokali sa fejn din tkun rilevanti għall-Portal u ma tinżammx aktar milli meħtieġ. Il-bżonn li tkompli tiġi ssejvjata din id-data personali huwa suġġett għal proċess ta' validazzjoni mill-ġdid li jitwettaq darba kull sena fil-kuntest ta' aġġornamenti annwali tal-kontenut tal-Portal. Effettivament il-perjodu ta' ssejvjar huwa għaldaqstant sena, suġġett għall-iċċekkjar manwali u tiġdid awtomatiku. F'każ ta' utenti reġistrati, biss l-indirizzi personali tal-ittra elettronika jiġu ssejvjati. L-ismijiet individwali jew data personali oħra ma jinżammux. Id-data dwar l-utenti reġistrati titħassar fuq talba tagħhom.

Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji previsti fil-kuntest tal-ECLI jistgħu jikkontjenu data personali regolata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data u hija suġġetta għall-perjodi ta' żamma rilevanti. Il-fornituri tad-data nazzjonali huma responsabbli mit-tneħħija ta' deċiżjonijiet mill-qorti meta dawn ma jkollhomx aktar ikunu aċċessibbli permezz tas-sistema.

Id-data personali inkluża fil-komunikazzjoni bejn l-utent u l-qorti, fil-kuntest tas-sottomissjoni elettronika ta' talbiet (e-CODEX), hija ssejvjata permezz ta' bażi ta' data separata tal-Kummissjoni f'forma kriptata għal perjodu ta' żmien li għalih hija rilevanti. L-utent jista' jitlob it-tħassir tagħha f'kull ħin.

Ebda data personali oħra ma tiġi ssejvjata fil-bażi ta' data tal-Portal.

2.7. Liema miżuri ta' sigurtà jinsabu fis-seħħ kontra aċċess mhux awtorizzat?

Id-data hija miġbura, proċessata u ssejvjata b'mod sikur. Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika huwa protett b'numru ta' miżuri tekniċi. Il-ġestjoni stretta tar-rwoli u d-drittijiet jiggarantixxu li l-utenti awtentikati għandhom biss il-livell ta' aċċess u l-permessi meħtieġ. It-tranżazzjonijiet tad-data kollha jsiru b'konnessjonijiet kriptati. L-aċċess remot u fiżiku għall-bażi ta' data tal-Portal huwa protett permezz ta' segmentazzjoni tan-netwerk, b'firewalls u mekkaniżmi addizzjonali provduti miċ-ċentru tad-data tal-Kummissjoni. Barra mill-aċċess previst fl-ambitu tal-karatteristiċi intiżi tiegħu, l-aċċess għal data personali fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika huwa permess biss lil grupp ristrett ta' utenti kif deskritt aktar 'il fuq skont il-punt 2.5 "Min għandu aċċess għad-data?"

Id-data personali inkluża fil-komunikazzjoni bejn l-utent u l-qorti hija ssejvjata f'forma kriptata f'bażi ta' data separata tal-Kummissjoni.

2.8. L-aċċess għad-data personali tiegħek

Fil-każ li int trid tivverifika liema data personali hija ssejvjata f'ismek mill-kontrollur responsabbli, jew tkun trid timmodifikaha, tikkoreġiha jew tħassarha, ibgħat ittra elettronika fl-indirizz tal-kaxxa postali elettronika funzjonali msemmi aktar 'l isfel taħt l-"Informazzjoni ta' Kuntatt", billi tispeċifika espliċitament it-talba tiegħek. It-tali talbiet jiġu indirizzati fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-irċevuta mill-kontrollur tad-data.

2.9. Informazzjoni ta' kuntatt

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika huwa ġestit mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Liġi Penali, l-Unità B.2. Il-persuna responsabbli (kontrollur) hija Alexandra JOUR-SCHROEDER, Kap tal-Unità.

L-indirizz tal-kuntatt għall-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika huwa:

Il-Kummissjoni Ewropea
Id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi
Unità B2, L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Liġi Penali
B-1049 Brussell
Il-Belġju

JUST-E-JUSTICE@ec.europa.eu

Jekk trid tressaq ilment kontra kull att ta' proċessar tad-data mwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, tista' tikkuntattja l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data:

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)
60 Rue Wiertz (MO 63)
B-1047 Brussell
Il-Belġju

tel: +32 2 283 19 00
faks: +32 2 283 19 50

Fuq

3. Ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali

L-Unjoni Ewropea hija impenjata biex tiżgura l-privatezza tal-utent. Il-politika dwar il-"protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet tal-Komunità" hija bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000.

Din il-politika ġenerali tkopri s-Siti Web istituzzjonali tal-familja tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-qasam tal-UE.

Għalkemm int tista' tibbrawżja f’ħafna minn dawn is-siti web mingħajr ma tagħti l-ebda informazzjoni dwarek innifsek, f’xi każijiet, l-informazzjoni personali hija meħtieġa sabiex jiġu pprovduti s-servizzi elettroniċi li int qiegħda titlob.

Is-siti web li jirrikjedu t-tali informazzjoni jittrattawha skont il-politika spjegata fir-Regolament imsemmi hawn fuq u jipprovdu informazzjoni dwar l-użu tad-data tiegħek fl-istqarrijiet speċifiċi tagħhom dwar il-politika tal-privatezza.

F'dan ir-rigward:

  • Għal kull servizz elettroniku speċifiku, kontrollur jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-data personali u jiżgura l-konformità tas-servizz elettroniku speċifiku mal-politika tal-privatezza;
  • Fi ħdan kull istituzzjoni, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jiżgura li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament jiġu applikati u jagħti pariri lill-kontrolluri dwar it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom (ara l-art. 24 tar-Regolament);
  • Għall-istituzzjonijiet kollha, l-Uffiċjal Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data jaġixxi bħala awtorità indipendenti superviżorja (ara l-art. 41 sa 45 tar-Regolament).
  • Is-Siti Web istituzzjonali tal-familja tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-qasam tal-UE, jipprovdu ħoloq għal siti terzi. La ma nistgħux nikkontrollawhom, inħeġġuk taqra l-politiki tal-privatezza tagħhom.

X’inhu servizz elettroniku?

Is-servizz elettroniku fuq EUROPA huwa servizz jew riżors disponibbli fuq l-Internet sabiex tittejjeb il-komunikazzjoni bejn iċ-ċittadini u n-negozji minn banda u l-istituzzjonijiet Ewropej mill-banda l-oħra.

Tliet tipi ta’ servizzi elettroniċi huma jew sejrin ikunu offruti mill-EUROPA:

  1. Is-servizzi ta’ informazzjoni li jipprovdu liċ-ċittadini, il-midja, in-negozji, l-amministrazzjonijiet u oħrajn li jieħdu d-deċiżjonijiet b’aċċess ħafif u effettiv għall-informazzjoni, b’tali mod li jiżdiedu t-trasparenza u l-ftehim tal-politiki u l-attivitajiet tal-UE;
  2. Is-servizzi ta’ komunikazzjoni interattivi li jippermettu kuntatti aħjar maċ-ċittadini, in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-atturi pubbliċi b'tali mod li jiffaċilitaw konsultazzjonijiet politiċi, u mekkaniżmi ta’ rispons, sabiex jikkontribwixxu għat-tfassil tal-politiki, l-attivitajiet u s-servizzi tal-UE;
  3. Is-servizzi ta' tranżazzjonijiet li jippermettu l-aċċess għall-forom bażiċi kollha ta' tranżazzjonijiet mal-UE, pereż. akkwisti, operazzjonijiet finanzjarji, reklutaġġ, reġistrazzjoni għal avveniment, akkwist jew xiri ta’ dokumenti, eċċ.

Informazzjoni fi stqarrija speċifika ta’ privatezza.

Stqarrija speċifika tal-politika ta’ privatezza jkollha l-informazzjoni li ġejja dwar l-użu tad-data tiegħek:

  • Liema informazzjoni tinġabar, għal-liema skop u b’liema mezzi tekniċi l-UE tiġbor informazzjoni personali esklużivament sa fejn ikun hemm bżonn biex jintlaħaq skop speċifiku. L-informazzjoni ma tintużax għal skop inkompatibbli;
  • Lil min tiġi żvelata l-informazzjoni tiegħek. L-UE tiżvela biss l-informazzjoni lil partijiet terzi jekk dan ikun meħtieġ biex jintlaħaq/jintlaħqu l-iskop(ijiet) identifikat(i) hawn fuq u lir-riċevituri (jew kategoriji ta’ riċevituri) imsemmija. L-UE ma tiżvelax id-data personali tiegħek għal skopijiet ta' kummerċ dirett;
  • Kif tista' taċċedi l-informazzjoni tiegħek, tivverifika l-eżattezza tagħha u, jekk meħtieġ, tikkoreġiha. Bħala suġġett ta’ data int għandek ukoll id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek għal raġunijiet leġittimi konvinċenti barra meta jiġi miġbur sabiex titwettaq obbligazzjoni legali, jew hemm bżonnu għat-twettiq ta' kuntratt li inti parti minnu, jew għandu jintuża għal għan illi inti tajt il-kunsens anambigwu tiegħek għalih.
  • Kemm iddum tinżamm id-data tiegħek. L-UE żżomm biss data għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-iskop tal-ġbir jew tkomplija tal-ipproċessar;
  • X’inhuma l-miżuri ta’ sigurtà meħuda biex it-tagħrif tiegħek jiġi ssalvagwardjat mill-possibbiltà ta’ użu ħażin jew aċċess mhux awtorizzat;
  • Lil min għandek tikkuntattja jekk ikollok mistoqsijiet jew ilmenti.

X'nagħmlu bl-ittra elettronika li tibagħtulna?

Il-paġni web għandhom ħolqa għar-"Rispons tiegħek", li tippermettilek tibgħat il-kummenti tiegħek f'kaxxa elettronika funzjonali speċifika. Meta int tibgħat it-tali messaġġ, id-data personali tinġabar mingħand id-destinatarju biss sa fejn ikun hemm bżonn biex iwieġeb. Jekk it-tim tal-ġestjoni tal-kaxxa elettronika ma jkunx jista' jwieġbek, jgħaddi l-ittra elettronika tiegħek lil xi servizz ieħor. Int tkun infurmat, permezz ta' ittra elettronika, dwar liem servizz ikun ingħaddielu d-domanda tiegħek. Is-sit web ma jżommx rekord tal-iskambji bil-posta elettronika li jkunu seħħew permezz ta’ din il-funzjonalità.

Jekk ikollok xi domandi dwar l-ipproċessar tal-ittra elettronika tiegħek u d-data personali relatata magħha, inkludihom fil-messaġġ tiegħek.

Fuq

4. L-avviż tad-dritt tal-awtur

© L-Unjoni Ewropea (2015)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mill-Kummissjoni jew f'isimha mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet) huwa suġġett għall-kundizzjonijiet determinati fid-Deċiżjoni tas-7 ta' April 2006 (2006/291/KE, Euratom) dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tal-Kummissjoni. L-użu mill-ġdid ta' dokumenti huwa bla ħlas.

Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata, diment li ssir referenza għas-sors, għajr fejn jiġi stabbilit mod ieħor. Meta l-permess minn qabel ikun meħtieġ għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.), it-tali permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.

© Ir-Renju tal-Belġju (2015)

L-użu mill-ġdid tal-informazzjoni li tinsab fil-paġni Belġjani nazzjonali ta' dan is-sit web huwa suġġett għal-leġiżlazzjoni Belġjana fis-seħħ, b'mod partikolari l-Att tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar id-dritt tal-awtur u drittijiet relatati. Dan ifisser li sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor l-użu mill-ġdid tat-tali informazzjoni jeħtieġ il-permess minn qabel tad-detenturi tad-dritt tal-awtur. B'konformità mal-Artikolu 8(2) tal-istess liġi, l-atti uffiċjali ta' awtorità pubblika ma jwasslux għal dritt tal-awtur. Atti uffiċjali ta' awtorità pubblika huma dawk li għandhom effett legali (liġijiet, proċeduri parlamentari, deċiżjonijiet tal-qrati u t-tribunali, eċċ.). L-Artikolu 21(1) jiddikjara li "l-kwotazzjonijiet meħuda minn xogħol ippubblikat skont il-liġi għal skopijiet ta’ kritika, kontroversja, revista jew tagħlim, jew biex jiddaħħal f’xogħol akkademiku, skont il-prassi ġusta tal-professjoni u sa dak il-punt iġġustifikat mill-iskop intenzjonat, ma jiksrux id-drittijiet tal-awtur. Il-kwotazzjonijiet bħal dawk imsemmija fil-paragrafu preċedenti għandhom ikunu akkumpanjati minn referenzi għas-sors u għal isem l-awtur, sakemm dan ma jkunx impossibbli".

Il-paġni tal-internet li l-paġni Belġjani nazzjonali tal-portal tal-ġustizzja elettronika jirreferu għalihom huma suġġetti għall-klawżoli tagħhom stess tad-dritt tal-awtur. Il-qrati Belġjani għandhom il-ġuriżdizzjoni jisimgħu kull rikors dwar id-drittijiet tal-awtur b'rabta mad-data li jkun hemm referenza għaliha fil-paġni Belġjani nazzjonali.

© Ir-Repubblika tal-Bulgarija (2015)

L-informazzjoni pprovduta mill-gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija hija pubblika. L-informazzjoni li hija ppubblikata fuq il-paġni Bulgari tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika hija disponibbli b'xejn u tista' tiġi mniżżla/riprodotta/tradotta/adattata f'kull edizzjoni, forma u midja għal skopijiet mhux kummerċjali bl-eċċezzjoni ta' materjali li fihom hija maħsuba klawżola espliċita ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur jew li għalihom jeħtieġ kunsens minn qabel tad-detentur tad-dritt tal-awtur.

© Ir-Repubblika Ċeka (2015)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mill-Gvern tar-Repubblika Ċeka jew minn entitajiet terzi f'ismu li jidhru fuq dan is-sit web huwa suġġett għar-regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm mhux indikat mod ieħor. Ir-riproduzzjoni tal-kontenut dwar il-paġni Ċeki hija awtorizzata, sakemm is-sors jiġi rikonoxxut, għajr meta jiġi pprovdut mod ieħor u jista' biss jiġi riprodott għal raġunijiet li mhumiex kummerċjali.

Meta l-permess minn qabel ikun meħtieġ għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.), it-tali permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.

© Ir-Renju tad-Danimarka (2015)

L-informazzjoni dwar il-Portal tal-Ġustizzja Elettronika pprovduta mill-Gvern Daniż mhijiex suġġetta għall-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur.

© Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (2015)

L-użu mill-ġdid minn partijiet terzi, ta' dokumenti li jidhru fuq din is-sit web u li huma miżmuma mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, huwa protett bir-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur kif stabbiliti skont il-liġi Ġermaniża, l-Unjoni Ewropea u l-konvenzjonijiet internazzjonali. Ma nassumu l-ebda responsabbiltà għall-kompletezza, żbalji editorjali u tekniċi, ommissjonijiet jew l-eżattezza tal-informazzjoni fuq din is-sit web.

B’mod partikolari ma nagħtu l-ebda garanzija, espliċita jew implikata, fejn tidħol il-kompletezza jew il-preċiżjoni ta’ informazzjoni miksuba permezz ta’ ħoloq għas-siti web esterni.

L-operaturi ta’ siti web huma responsabbli għall-kontenut li huma jagħmlu disponibbli għall-użu fuq is-siti web tagħhom stess, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ġenerali. Dan il-“kontenut proprju” għandu jiġi distint minn ħoloq għal kontenut ipprovdut minn operaturi ta’ siti web esterni.

Il-ħoloq għall-kontenut ta’ siti web esterni huma pprovduti biss għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Ir-responsabbiltà għall-kontenut ta’ siti web esterni taqa’ unikament fuq il-fornitur tat-tali kontenut. Is-siti web esterni jiġu miflija bir-reqqa u ċċekkjati bl-aħjar mod possibbli għalina qabel ma tiddaħħal ħolqa għalihom. Madankollu, ma nagħtu l-ebda garanzija, espliċita jew implikata, fejn tidħol il-kompletezza jew il-preċiżjoni tal-informazzjoni li tinkiseb minn ħoloq esterni. Il-kontenut ta’ siti web esterni jistgħu jinbidlu f'kull ħin mingħajr l-għarfien tal-gvern Ġermaniż.

Fir-rigward tal-ħoloq kollha pprovduti f'dan is-sit web, aħna niddikjaraw b'mod espliċitu li m'għandna l-ebda kontroll fuq id-disinn u kontenut tas-siti web esterni li wieħed jista' jaċċedi għalihom permezz tal-ħoloq fuq dan is-sit web; barra minn hekk, dawn il-ħoloq ma jimplikawx approvazzjoni tas-siti web illinkjati jew tal-kontenut tagħhom. Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-paġni kollha fuq dan is-sit web u għall-ħoloq kollha li jinsabu hemmhekk.

Jekk jogħġbok informa lill-punt ta' kuntatt tal-Ġermanja fuq redaktion@justiz.de jekk ikun hemm xi ħoloq li jwasslu għal siti web li jkollhom kontenut oġġezzjonabbli.

L-istaff editorjali onlajn tal-paġni nazzjonali Ġermaniżi jirreżerva d-dritt, mingħajr avviż minn qabel, li jbiddel, jissupplimenta jew ineħħi l-informazzjoni pprovduta fuq din is-sit web.

Għal iktar informazzjoni, agħfas fuq il-ħolqa li ġejja.

© Ir-Repubblika tal-Estonja (2015)

L-informazzjoni pprovduta mill-gvern tar-Repubblika tal-Estonja hija suġġetta għal kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur. L-informazzjoni li hija ppubblikata fuq il-paġni tar-Repubblika tal-Estonja tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, madanakollu, hija disponibbli bla ħlas u tista' tiġi mniżżla/riprodotta/tradotta/adattata f'kull edizzjoni, forma u midja għal raġunijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali sakemm is-sors tal-materjal huwa identifikat u l-istatus tagħha dwar id-drittijiet tal-awtur tiġi rikonoxxuta. Il-kontenut użat mill-paġni tar-Repubblika tal-Estonja tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jista' jiġi riprodott eżattament u mhux użat f'kuntest li jqarraq.

© Ir-Repubblika tal-Irlanda (2015)

Il-materjal li jidher fuq dan is-sit riprodott mill-Irlanda huwa suġġett għad-drittijiet tal-awtur tal-Gvern tal-Irlanda, skont l-Atti tal-2000 dwar id-Dritt tal-Awtur u d-Drittijiet Relatati. Il-materjal jista' jitniżżel għall-iffajljar u l-istampar għall-użu personali biss. Fejn dan jinħareġ lil oħrajn għandhom jiġu rrikonoxxuti s-sors u l-istatus tad-drittijiet tal-awtur.

Il-permissjoni li jiġi riprodott il-materjal tad-drittijiet tal-awtur tal-Gvern tal-Irlanda ma testendix għal kull materjal fuq dan is-sit li jista' jkun il-proprjetà ta' parti terza. Il-permess ta' riproduzzjoni tat-tali materjal trid tinkiseb mid-detenturi tad-drittijiet tal-awtur ikkonċernati.

© Ir-Repubblika Ellenika (2015)

L-informazzjoni dwar il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika pprovduta mill-Gvern tal-Greċja mhijiex suġġetta għall-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur. Xi ħoloq esterni, madankollu, jistgħu jkunu suġġetti għal-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur. Meta l-permess minn qabel ikun meħtieġ għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.), it-tali permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet dwar l-użu.

© Il-Ministeru Spanjol tal-Ġustizzja (2015)

L-aċċess għall-kontenut u l-użu tal-kontenut ipprovdut minn Spanja fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, l-informazzjoni li hemm fih u l-ħoloq mehmuża u s-servizzi huma l-prerogattiva tal-Ministeru tal-Ġustizzja jew il-korpi li jikkollaboraw miegħu u huma protetti mid-drittijiet xierqa tal-awtur u tal-proprjetà industrijali. L-użu, ir-riproduzzjoni, id-distribuzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku jew it-trasformazzjoni ta' dan il-kontenut jew kull attività simili oħra huma pprojbiti mingħajr il-permess espliċitu mill-Ministeru tal-Ġustizzja. Il-liċenzja tal-utent li juża kull kontenut minn dan il-portal hija limitata għat-tniżżil u l-użu privat ta’ dak il-kontenut, sakemm jibqa’ bla mittiefes.

© Ir-Repubblika Franċiża (2015)

ID-DRITTIJIET TAL-PROPRJETA INTELLETTWALI

Il-kontenut ta' dan is-sit web huwa l-proprjetà esklussiva tal-Ministeru tal-Ġustizzja u tad-Drittijiet Fundamentali u / jew tal-awturi jew tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur, u huwa protett bil-leġiżlazzjoni Franċiża u internazzjonali applikabbli dwar id-drittijiet ta' proprjetà u, b'mod partikolari, bid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Franċiż dwar il-Proprjetà Intellettwali.

Dan japplika fost affarijiet oħrajn għall-karatteristiċi editorjali tas-sit web, għall-preżentazzjoni tal-iskrins u għas-softwer li huwa meħtieġ għall-użu ta' dan is-sit, u għal logos, stampi, ritratti u grafiċi ta' kull tip.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja u tad-Drittijiet Fundamentali jawtorizza lill-utenti biss sabiex jaraw il-kontenut; dan jeskludi, b'mod partikolari, l-użu mill-ġdid tal-kontenut kollu jew parti minnu fuq is-sit għal kull skop.

Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata biss f'forma diġitali, fuq il-kompjuter użat li jintuża għall-aċċess tas-sit, għall-fini tal-ivviżwalizzar tal-paġni kkonsultati mis-softwer ta' navigazzjoni tal-utent.

Kull rappreżentazzjoni totali jew parzjali tas-sit web minn kull kumpanija mingħajr il-permess espliċitu tal-Ministeru tal-Ġustizzja u tad-Drittijiet Fundamentali hija pprojbita, u tikkostitwixxi falsifikazzjoni fis-sens tal-Artikoli L.335-2 et seq. tal-Kodiċi Franċiż dwar il-Proprjetà Intellettwali.

Il-ħolqa għall-Kodiċi Franċiż dwar il-Proprjetà Intellettwali.

Il-kapitolu tal-Kodiċi dwar is-sanzjonijiet penali jistgħu jiġu aċċessati hawnhekk.

© Ir-Repubblika Taljana (2015)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mill-Ministeru tal-Ġustizzja Taljana u minn istituzzjonijiet pubbliċi oħra jew f'isimhom minn entitajiet terzi msemmija fuq dan is-sit web huwa suġġett għar-regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jiġix indikat mod ieħor.

Ir-riproduzzjoni tal-kontenut tal-paġni tal-Ministeru tal-Ġustizzja Taljana u ta' istituzzjonijiet pubbliċi oħra hija awtorizzata, sakemm jiġi rikonoxxut is-sors, salv fejn dikjarat mod ieħor.

Meta l-permess minn qabel ikun meħtieġ għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.), it-tali permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.

© Ir-Repubblika ta' Ċipru (2015)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma minn Ċipru jew f'ismu minn entitajiet terzi msemmija fuq dan is-sit web huwa suġġett għar-regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jiġix indikat mod ieħor. Ir-riproduzzjoni tal-kontenut fuq il-paġni Ċiprijotti hija awtorizzata, dment li ssir referenza għas-sors, għajr fejn jiġi stabbilit mod ieħor. Meta l-permess minn qabel ikun meħtieġ għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.), it-tali permess jissostitwixxi l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet dwar l-użu.

© Ir-Repubblika tal-Latvja (2015)

L-informazzjoni pprovduta mill-gvern tal-Latvja hija pubblika u mhijiex suġġetta għal kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur. F'dak ir-rigward, l-informazzjoni li tiġi ppubblikata fuq il-paġni Latvjani tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika hija disponibbli bla ħlas u tista' tiġi mniżżla/riprodotta/tradotta/adattata fl-edizzjonijiet, fil-forom u fil-midja kollha għal skopijiet kummerċjali u mhux kummerċjali.

© Il-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja (2015)

L-informazzjoni pprovduta mir-Repubblika tal-Litwanja hija mħarsa mil-Liġi Litwana dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati u tkun tista' tintuża b'mod ħieles sakemm jiġi rikonoxxut is-sors.

© Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (2015)

Ir-riproduzzjoni tal-kontenut u l-informazzjoni ppreżentati fil-paġni tal-Lussemburgu u li huma tal-Istat tal-Lussemburgu jew ta' partijiet oħra, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, huma suġġetti għal-liġi tal-Lussemburgu.

Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, ir-riproduzzjoni tal-informazzjoni li fihom il-paġni Lussemburgiżi hija awtorizzata għal skopijiet mhux kummerċjali sakemm is-sors ikun ċitat espliċitament.

Meta jeħtieġ il-permess minn qabel għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħsejjes, immaġni, softwer, eċċ.), dik l-istipulazzjoni tikkanċella l-permess ġenerali u, jekk ikun meħtieġ, tindika kull restrizzjoni għall-użu.

L-Istat tal-Lussemburgu jirrifjuta li jaċċetta kull responsabbiltà fir-rigward tal-użu tal-informazzjoni misjuba fil-paġni tal-Lussemburgu. Għandu jiġi nnotat li l-informazzjoni ppubblikata f'dawn il-paġni mhijiex neċessarjament kompluta, eżawrenti, eżatta jew aġġornata. Fil-każ li jkun hemm diskrepanzi bejn it-testi ppubblikati f'dawn il-paġni u fid-dokumenti oriġinali, ikunu applikabbli d-dokumenti oriġinali kif ippubblikati fil-Mémorial.

Xi kultant il-paġni tal-Istat tal-Lussemburgu jirreferu għal paġni li jkunu f'idejn partijiet oħrajn li l-Istat tal-Lussemburgu ma jkollu l-ebda kontroll fuqhom u li fir-rigward tagħhom huwa jirrifjuta li jaċċetta kull responsabbiltà.

L-Istat tal-Lussemburgu ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà għal kull ħsara kkawżata fuq il-faċilità tal-kompjuter tal-utent mill-paġni li jieħu ħsiebhom l-Istat tal-Lussemburgu jew oħrajn.

L-Istat tal-Lussemburgu ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà fil-każ li s-servizz mogħti minn dawn il-paġni jiġi sospiż, anke temporanjament.

Mhuwiex l-iskop ta' dawn id-dikjarazzjonijiet ta' ċaħda ta' responsabbiltà li jitwarrbu r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni applikabbli, jew li tiġi eskluża r-responsabbiltà f'każijiet fejn din ma tistax tiġi eskluża f'konformità mal-leġiżlazzjoni li ssemmiet qabel.

© Ir-Repubblika tal-Ungerija (2015)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mill-Ungerija jew f'isimha minn entitajiet terzi msemmija fuq dan is-sit web huwa suġġett għal-leġiżlazzjoni Ungeriża dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jiġix indikat mod ieħor. Ir-riproduzzjoni privata u uffiċjali tal-kontenut fuq il-paġni Ungeriżi hija awtorizzata, dment li jissemma s-sors, għajr fejn jiġi stabbilit mod ieħor. Kull użu ieħor jirrikjedi l-permess minn qabel tad-detentur tad-dritt.

© Ir-Repubblika ta' Malta (2015)

Id-Dritt tal-Awtur / Il-Permess ta' Riproduzzjoni

Il-Gvern ta' Malta, flimkien mal-Ministeri u d-Dipartimenti tiegħu, kif ukoll l-Awtoritajiet u awturi tas-siti web, jagħmlu kull sforz biex iżommu l-eżattezza tal-informazzjoni fuq dan is-sit web imma ma jistgħux jiggarantixxu li l-informazzjoni illi tidher fuq xi siti web tagħhom jew ta’ ħoloq esterni hija kompluta, attwali u korretta u għalhekk jisħqu illi l-informazzjoni li tinstab hemm ma għandhiex titqies bħala informazzjoni korretta u kompluta fuq kull suġġett. Lanqas ma tista’ tiġi assigurata l-kwalità u l-aċċessibiltà kontinwa jew li ma jkunx hemm interruzzjonijiet minħabba raġunijiet tekniċi. Għalhekk, huma ma jistgħux jaċċettaw responsabbiltà għal kull preġudizzju, telf jew ħsara li tista' sseħħ mill-użu tal-informazzjoni, billi l-informazzjoni murija hija intiża unikament bħala gwida ġenerali. Il-Gvern ta’ Malta jirriżerva d-dritt li jbiddel, iżid jew ineħħi partijiet jew paġni sħaħ, mingħajr ma speċifikatament javża dwar dan, għal perjodu temporanju.

Il-Gvern ta' Malta, flimkien mal-Ministeri u d-Dipartimenti tiegħu, kif ukoll l-Awtoritajiet u l-awturi tas-siti web, ma jipprovdux kontroll ta' kwalità ta' ħoloq esterni. L-inklużjoni tal-isem ta' kull kumpanija jew negozjant fi ħdan il-paġni ma għandhiex tinftiehem bħala rakkomandazzjoni tal-prodotti u / jew is-servizzi ta' dik il-kumpanija jew dak in-negozjant.

Dawn il-paġni mhumiex intenzjonati li jagħtu pariri legali. Din tibqa’ il-prerogattiva tal-professjoni legali.

Jekk tidentifika xi informazzjoni fuq dan is-sit li hija inkorretta jew qarrieqa, ibgħat ittra elettronika lill-webmaster dwar dan, jew uża l-formola ta' rispons.

Il-materjal fuq dan is-sit web huwa kopert mid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur, tal-Liġijiet ta' Malta, tal-politiki u tar-regolamenti u ta' kull ftehim internazzjonali li jsemmi l-Gvern ta' Malta. L-informazzjoni f'dan is-sit web hija disponibbli għall-użu personali u għall-użu pubbliku li mhuwiex kummerċjali. Għal dawn iż-żewġ skopijiet, tista' tiġi riprodotta mingħajr ħlas jew permess ieħor mill-Gvern ta' Malta sakemm il-materjal riprodott ikun kopja vera tal-oriġinal u l-Gvern ta' Malta ikun identifikat bħala s-sors tiegħu. Il-materjal riprodott ma jista' b'ebda mod jiġi rrappreżentat bħala l-verżjoni uffiċjali, lanqas bħala prodott flimkien ma' jew bil-kunsens tal-Gvern ta' Malta.

© Ir-Renju tan-Netherlands (2015)

L-informazzjoni li tkun disponibbli għall-pubbliku u li tkun ingħatat mill-Gvern tan-Netherlands mhijiex suġġetta għal kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur sakemm dan ma jiġix iddikjarat. F'dak ir-rigward, l-informazzjoni li tiġi ppubblikata fuq il-paġni Netherlandiżi tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika hija disponibbli bla ħlas u tista' tiġi mniżżla / riprodotta / tradotta / adattata fl-edizzjonijiet, fil-forom u fil-midja kollha għal skopijiet kummerċjali u mhux kummerċjali għajr meta fl- / f'xi parti mill-informazzjoni pprovduta tiġi inkluża klawżola tad-drittijiet tal-awtur.

© Ir-Repubblika tal-Awstrija (2015)

L-artikli kollha ppubblikati fuq dan is-sit web huma protetti bid-drittijiet tal-awtur, bid-drittijiet kollha riżervati.

L-informazzjoni ppreżentata fuq il-paġni Awstrijaċi tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika hija kkunsidrata informazzjoni pubblika u tista' tiġi distribwita jew ikkupjata, sakemm din ma tiġix użata għal raġunijiet kummerċjali u s-sors jiġi indikat.

Filwaqt li l-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (BMJ) jagħmel sforzi raġonevoli sabiex jinkludi informazzjoni preċiża u aġġornata fuq il-paġni Awstrijaċi tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, il-Ministeru ma jieħu l-ebda responsabbiltà fir-rigward tal-preċiżjoni, it-tempestività jew il-kompletezza ta' dik l-informazzjoni jew għal informazzjoni fuq siti web oħra li għalihom ikun forna xi ħoloq. L-iskoperta ta' żbalji eventwali tagħti lok għal korrezzjoni mill-aktar fis possibbli.

L-informazzjoni fornuta permezz tal-paġni Awstrijaċi tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika hija ta' karattru ġenerali u mhijiex, għalhekk, adattata għar-rekwiżiti individwali speċifiċi ta' persuni, entitajiet jew orgnaizzazzjonijiet; mhijiex neċessarjament preċiża, kompluta jew aġġornata; hija parzjalment konnessa ma' siti web oħra li la huma influwenzati minn u lanqas fiż-żona ta' responsabbiltà tal-BMJ. Din l-informazzjoni m'għandhiex l-għan li tissostitwixxi s-servizz ta' konsulenza (legali) professjonali. Jekk qiegħed tfittex konsulenza personali, ikkuntattja l-ewwel u qabel kollox espert fil-qasam tal-kwistjoni rispettiva. Jekk għandek mistoqsijiet dwar il-proċedimenti tiegħek fil-qorti, ikkuntattja l-qorti li għandha ġuriżdizzjoni. Ir-rikjesti quddiem qorti jew awtorità kompetenti għandhom isiru l-ewwel f'kull każ fir-rigward ta' mozzjonijiet jew rikorsi li jridu jsiru f'terminu partikolari.

Aħna ma niggarantux li dokument li huwa aċċessibbli permezz tal-paġni Awstrijaċi tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jikkorrispondi eżattament mat-test adottat uffiċċjalment. Huma biss l-atti tar-Repubblika tal-Awstrija li huma ppubblikati bil-mod preskritt mil-liġi fil-"Gazzetta dwar il-Liġi Federali tar-Repubblika tal-Awstrija" (Bundesgesetzblatt der Republik Österreich) li huma legalment vinkolanti.

Xi dokumenti li wieħed jista' jaċċedi għalihom mill-paġni Awstrijaċi tas-sit tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jirreferu għal informazzjoni fornuta minn organizzazzjonijiet oħra. Il-BMJ, madanakollu, ma jagħti l-ebda garanzija rigward il-preċiżjoni, it-tempestività jew il-korettezza tad-data pprovduta.

© Il-Ministeru għall-Ġustizzja tal-Polonja (2015)

Il-kontenut ta' din is-sit web huwa għal skopijiet ta' informazzjoni ġenerali biss u ma jikkostitwix parir. Il-Ministeru tal-Ġustizzja ma jagħti l-ebda assikurazzjoni jew garanzija rigward il-preċiżjoni, it-tempestività, jew l-applikabbiltà ta' kull parti tal-kontenuti.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja ma jassumi l-ebda responsabbiltà għall-informazzjoni kontenuta fuq dan is-sit web u ma jassumi l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta' tali informazzjoni. Jistgħu japplikaw dikjarazzjonijiet ta' ċaħda ta' responsabbiltà jew avviżi tad-drittijiet tal-awtur speċifiċi flimkien ma' ċerti kontenuti jew partijiet tas-sit web. L-informazzjoni fil-paġni Polakki li mhijiex suġġetta għal dikjarazzjonijiet ta' ċaħda ta' responsabbiltà jew avviżi tad-drittijiet tal-awtur speċifiċi hija disponibbli b'xejn u tista' titniżżel / tiġi riprodotta / tradotta / adattata fl-edizzjonijiet, il-forom u l-midja kollha għal skopijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà għal u jeskludi kull responsabbiltà marbuta mat-tfittxija fis-sit web, l-użu tal-informazzjoni jew it-tniżżil ta' kull materjal minnu, inkluża iżda mhux limitata għal kull responsabbiltà għal żbalji, ineżattezzi, omissjonijiet, jew dikjarazzjonijiet qarrieqa jew difamatorji. L-informazzjoni fuq dan is-sit web tista' tinkludi opinjonijiet jew perspettivi li, sakemm ma jiġix espressament iddikjarat mod ieħor, mhumiex neċessarjament dawk tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Dan is-sit web jinkludi ħoloq għal siti esterni li fuqhom is-servizzi tal-Ministeru tal-Ġustizzja ma għandhom l-ebda kontroll u li għalihom il-Ministeru tal-Ġustizzja ma jieħu l-ebda responsabbiltà.

© Ir-Repubblika tal-Portugall (2015)

L-użu mill-ġdid, minn partijiet terzi ta' dokumenti li jinsabu f'dan il-portal u li huma proprjetà tal-Portugall huma protetti bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u bid-drittijiet ta' proprjetà industrijali skont il-Liġi Portugiża, id-dritt tal-UE u l-ftehimiet internazzjonali applikabbli. L-informazzjoni li tinsab f'dan il-portal hija pubblika u, sakemm ma jiġix ddikjarat espressament mod ieħor, tista' tiġi riprodotta u użata mill-ġdid sakemm jiġi rikonoxxut is-sors. Meta tinħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' test jew informazzjoni multimedjatika (ħoss, stampi, programmi tal-kompjuter, eċċ), il-permess ġeneriku msemmi hawn fuq mhuwiex applikabbli. Jista' jingħata permess speċifiku fuq talba għall-użu mill-ġdid u r-riproduzzjoni ta' dokumenti b' informazzjoni li, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti, ma tistax tintuża mill-ġdid liberament. Permess speċifiku jistabbilixxi b'mod ċar ir-restrizzjonijiet li japplikaw għall-użu tad-dokumenti koperti minnu.

© Ir-Rumanija (2015)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mir-Rumanija jew f'isimha minn entitajiet terzi msemmija fuq dan is-sit web huwa suġġett għar-regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jiġix indikat mod ieħor. Ir-riproduzzjoni tal-kontenut fuq il-paġni Rumeni hija awtorizzata, dment li ssir referenza għas-sors, għajr fejn jiġi stabbilit mod ieħor. Meta l-permess minn qabel ikun meħtieġ għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.), it-tali permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet dwar l-użu.

© Ir-Repubblika tas-Slovenja (2015)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mill-Gvern tas-Slovenja jew minn entitajiet terzi f'isimha li jidhru fuq dan is-sit web huwa suġġett għar-regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jiġix indikat mod ieħor. Ir-riproduzzjoni tal-kontenut dwar il-paġni Sloveni hija awtorizzata, sakemm is-sors jiġi rikonoxxut, għajr meta jiġi pprovdut mod ieħor u jista' biss jiġi riprodott għal skopijiet li mhumiex kummerċjali.

Meta l-permess minn qabel ikun meħtieġ għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.), it-tali permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.

© Ir-Repubblika Slovakka (2015)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mir-Repubblika Slovakka jew minn entitajiet terzi f'isimha li jidhru fuq dan is-sit web huwa suġġett għar-regoli Slovakki dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jiġix indikat mod ieħor. Ir-restrizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur, id-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur u mad-dritt ta' bażi ta' data sui generis huma permessi biss f'każijiet speċjali stipulati fl-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur Nru 618/2003 kif emendat. L-użu jew it-tneħħija tas-suġġett skont l-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur ma jridux ikunu f'kunflitt mal-isfruttar maħsub normali u ma jridux jippreġudikaw b’mod irraġonevoli l-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet. Fil-każijiet l-oħra għandu jinkiseb permess minn qabel għall-użu ta' suġġett (liċenzja).

Għal aktar informazzjoni dwar il-liġi Slovakka dwar id-drittijiet tal-awtur irreferi għall-ħoloq li ġejjin:

bl-Ingliż

bis-Slovakk

© Ir-Repubblika tal-Finlandja (2015)

L-informazzjoni dwar il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika pprovduta mill-Gvern Finlandiż hija pubblika u mhijiex suġġetta għall-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur.

© Ir-Renju tal-Iżvezja (2015)

Il-materjal pubblikat fuq il-paġni tal-Iżvezja tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jista' jiġi riprodott mingħajr ħlas. Is-sors għandu jiġi rikonoxxut fejn dan huwa speċifikament mitlub.

© Id-drittijiet tal-awtur tal-Kuruna (2015)

L-informazzjoni prodotta mill-Gvern tar-Renju Unit hija protetta mid-drittijiet tal-awtur tal-Kuruna. Il-kontenut kollu huwa disponibbli taħt il-Liċenzja tal-Gvern Miftuħa v3.0, barra fejn indikat mod ieħor.

L-aħħar aġġornament: 06/06/2016

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna